25.4.18

KUNSILL LOKALI GUDJA - PROĠETTI

 
5346. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu: Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm xi proġett jew żvilupp partikolari li se jsir mill-Ministeru jew mid-dipartimenti li jaqgħu taħtu, inkonessjoni mal-Kunsill Lokali tal-Gudja jew ġewwa l-imsemmi raħal tul din is-sena, u jekk iva jista’ jgħid x’tip se jkunu dawn?

18/04/2018

  ONOR. KONRAD MIZZI:  Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5337.

Seduta  105
25/04/2018

24.4.18

IL-GUDJA – SIĠAR IMĦAWLA

 
5338. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex se jiġu miżrugħa jew imħawla pjanti jew siġar ġodda tul din is-sena ġewwa l-Gudja u jekk iva, jista’ jgħid x’se jkunu dawn? Jista’ jgħid ukoll jekk sarx jew hux se jsir żbir ta’ siġar?

18/04/2018

  ONOR. JOSÈ HERRERA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li fix-xhur li ġejjin il-Monitoring Environment Landscape Projects (MELP) ser tkun qed tagħmel survey madwar Malta u Għawdex sabiex tidentifika dawk il-postijiet f’toroq arterjali u distributorji fejn hemm siġar nieqsa jew mejta u dan sabiex fiż-żmien bejn Ottubru u Novembru jsir it-taħwil ta’ siġar u arbuxell indiġeni.  Iż-żbir jsir skond fejn ikun meħtieġ.

Seduta  103
23/04/2018

IL-GUDJA – ĠNIEN ĠILORMU CASSAR- XOGĦLIJIET

 
5337. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol se jsir fil-Ġnien Ġilormu Cassar il-Gudja fix-xhur li ġejjin?

18/04/2018

  ONOR. KONRAD MIZZI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li fix-xhur li ġejjin se jkunu qed isuru xogħlijiet ta’ tisbieħ f’dan il-ġnien li jinkludu twapet ġodda u aktar siguri, orjentazzjoni ġdida u iktar moderna, kif ukoll spazji ta’ rikreazzjoni għal persuni ta’ etajiet differenti. Ħa jkun qed jiġi inkluż spazju limitat fejn wieħed jista’ jipprattika l-isports, liema spazju kien tant mitlub però qatt ma kien offrut.

Seduta  103
23/04/2018

IL-GUDJA – ĠNIEN RAYMOND CARUANA - XOGĦLIJIET

 
5336. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol se jsir mill-Ministeru fil-Ġnien Raymond Caruana fil-Gudja fix-xhur li ġejjin?

18/04/2018

  ONOR. IAN BORG:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett ta' tisbieħ fi Ġnien Raymond Caruana fil-Gudja jinsab fi stadji ta' pjanar avvanzat. Tlestew id-disinji u saret l-applikazjoni għall-permessi tal-PA u anke beda x-xogħol fuq it-tħejjija tat-tender għal dawn ix-xogħlijiet. Dan il-proġett jifforma parti mill-programm ta' xogħlijiet ippjanati li jibdew jiġu esegwiti s-sena dieħla.

Seduta  103
23/04/2018

IL-FGURA – TRIQ IL-KARMNU - ROUNDABOUT

 
5334. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba r-roundabout il-ġdida li hemm fil-Fgura fit-tarf ta’ Triq il-Karmnu ġewwa Triq id-Dejma hiex sejra tiġi rranġata b’fjuri u b’siġar addattati?

18/04/2018

  ONOR. JOSÈ HERRERA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba l-ammont kbir ta’ sevizzi li għaddejjin minn taħt ir-roundabout imsemmijja u l-fatt li m’hemmx fond biżżejjed għall-ħamrija ġie propost li jsir ‘hard landscaping’ minflok ‘soft landscaping’. F’dan l-istadju qed isir id-disinn u stimi meħtieġa.

Seduta  103
23/04/2018

ĦAL TARXIEN/RAĦAL ĠDID – TRIQ NAZZARENU – XOGĦLIJIET

35817. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet...