31.1.17

PERSUNI LI WAQFU JIRREĠISTRAW MILL-EWWEL PARTI TAR-REĠISTRU.


 
30181. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni waqfu jirreġistraw mill-ewwel parti tar-reġistru tax-xogħol mal-Korporazzjoni Jobsplus tul is-sena 2016? Kemm persuni gew maqtugħa fl-istess perjodu u kemm irtiraw?

23/01/2017

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, in-numru ta’ persuni li waqfu jirreġistraw mill-ewwel parti tar-reġistru tax-xogħol minn Jannar sa Diċembru 2016 kien ta’ 4,775 persuna (unique). Fl-istess perjodu kien hemm 865 persuna oħra li ġew maqtugħa (unique) filwaqt li 53 persuna irtiraw.

Seduta  476
31/01/2017

IL-FGURA – TRIQ HOMPESCH – BUS STOP





 
30180. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 16362 u 19880 jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba din l-bus stop hijiex se titkabbar finalment?

23/01/2017

  ONOR. JOE MIZZI:  Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 19880.

Seduta  476
31/01/2017

ĦAL TARXIEN – PERSUNI LI JIEĦDU PENSJONI


 
30179. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni li huma reġistrati li jgħixu Ħal Tarxien, kienu qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni taħt is-somma ta’ €500 fix-xahar sal-aħħar tas-sena 2016 u jistax jindika dan kategorija b’kategorija, kif ukoll maqsuma skont is-sess?

23/01/2017

ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Seduta 476
31/01/2017

RILOKAZZJONI TA’ RZIEZET TAL-BAQAR





 
30178. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima: Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi wara l-mistoqsija parlamentari 28618 dwar ir-rilokazzjoni tal-irziezet in kwistjoni?

23/01/2017

  ONOR. JOSÈ HERRERA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li sussegwentament id-deċiżjoni mogħtija mill-Qorti tal-Appell (Sede Inferjuri), il-permess outlinereġa' mar quddiem it-Tribunal ta' Revizjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar  għall-kunsiderazzjonijiet ulterjuri skont kif ġie ordnat mill-istess Qorti tal-Appell. Il-każ diġa' qed jinstema' quddiem l-imsemmi tribunal.

Seduta  475
30/01/2017

PENSJONIJIET





 
30177. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni kienu qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni  sal-aħħar tas-sena 2016 u jista’ jindika dan kategorija b’kategorija, kif ukoll maqsuma skont is-sess?

23/01/2017

  ONOR. MICHAEL FARRUGIA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Seduta  475
30/01/2017

KANA

1. Wieħed mill-aktar angoli interessanti tat-Testment il-Ġdid huwa li t-tagħlim ma huwiex wieħed għarwien. Imdaħħal bħal xi preċetti jew avv...