26.5.15

DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA – MAGNI TAL-KLIEWI



16275. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 15510 u 14850, jista’ l-Ministru jindika kemm ilhom jiġu użati l-magni tal-kliewi li hemm u meta se jinxtraw oħrajn ġodda?

19/05/2015

  ONOR. KONRAD MIZZI:  Ninforma l-Onor. Interpellant li l-aktar magna li ilha tintuża nxtrat fl-2003 filwaqt li l-aktar waħda riċenti bdiet tintuża din is-sena. Hemm pjan li l-numru  ta’ magni jinbidlu fil-ġejjieni qarib.

Seduta  267

25/05/2015

UNIVERSITÀ TA’ MALTA - KORS TA’ MASTERS OF ARTS IN MEDIATION




16274. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti fl-Università ta’ Malta li qed jattendu preżentement għall-Kors ta’ Masters of Arts in Mediation (medjazzjoni) u kemm minnhom fil-grad ta’ Masters?

19/05/2015

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li preżentement hemm sitt studenti li qegħdin jattendu għall-Kors ta’ Master of Arts in Mediation fl-Università ta’ Malta. 

Seduta  267
25/05/2015


ATT DWAR IL-PROTEZZJONI TAL-INFORMATUR.



16273. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 9400, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-konsultazzjonijiet u l-konstatazzjonijiet meħtieġa dwar l-impatt tad-dħul tas-subartikolu (3) tal-artikolu 2 tal-Kapitlu 527 tal-Liġijiet ta’ Malta, Att dwar il-Protezzjoni tal-Informatur, sarux u jekk iva, meta se jidħlu fis-seħħ?

19/05/2015

  ONOR. OWEN BONNICI:  Is-subartikolu ċitat mill-Onor. Interpellant jipprovdi għal eskluzjoni tal-applikazzjoni tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informatur għal ċerti setturi salv jekk dik id-deroga tiġi limitata jew imneħħijja b’regolamenti li jirrigwardaw dawk is-setturi partikolari tal-amministrazzjoni. Dan ma jfissirx li d-deroga bilfors trid titneħħa iżda li dan jista’ jsir jekk ikun hemm lok. Għalhekk wieħed għad irid jezamina l-andament ta’ din il-liġi u jara jekk jkunx il-każ illi l-applikazzjoni tagħha tiġi estiża.  

Seduta  267
25/05/2015


WIED IL-GĦAJN, IŻ-ŻEJTUN U L-FGURA – PERSUNI LI JIRĊIEVU L-GĦAJNUNA SOĊJALI.



16283. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ persuni f’Wied il-Għajn, iż-Żejtun u l-Fgura li qed jirċievu l-għajnuna soċjali preżentament? Jista’ jindika dan lokalità b’lokalità?

19/05/2015

  ONOR. MICHAEL FARRUGIA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni li qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali skont il-lokalitajiet imsemmija hawn fuq huwa kif ġej:-
Lokalita
Nru. Ta' Persuni
MARSASKALA
351
FGURA
325
ZEJTUN
316
Total
992

Seduta  268

26/05/2015

RAĦAL ĠDID, ĦAL TARXIEN, ĦAL GĦAXAQ, IL-GUDJA U SANTA LUĊIJA – PERSUNI LI JIRĊIEVU L-GĦAJNUNA SOĊJALI.


16282. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ persuni f’Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Ħal Għaxaq, il-Gudja u Santa Luċija li qed jirċievu l-għajnuna soċjali preżentament? Jista’ jindika dan lokalità b’lokalità?

19/05/2015





  ONOR. MICHAEL FARRUGIA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant  li n-numru ta’ persuni li qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali skont il-lokalitajiet imsemmija hawn fuq huwa kif ġej :-
Lokalità
Nru. Ta' Persuni
RAĦAL ĠDID
317
TARXIEN
235
GĦAXAQ
101
GUDJA
39
SANTA LUCIJA
131
Total
823

Seduta  268

26/05/2015

PERSUNI LI JIRĊIEVU L-GĦAJNUNA SOĊJALI.



16281. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ persuni li qed jirċievu l-għajnuna soċjali f’pajjiżna preżentament?

19/05/2015

  ONOR. MICHAEL FARRUGIA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi preżentament in-numru ta' persuni li qed jirċievu l-għajnuna soċjali f'pajjiżna huwa ta' 12,062.

Seduta  268

26/05/2015

20.5.15

KORPORAZZJONI GĦAX-XOGĦOL U TAĦRIĠ – PERSUNI LI WAQFU JIRREĠISTRAW GĦAX-XOGĦOL.

16131. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni waqfu jirreġistraw mill-ewwel parti tar-reġistru għax-xogħol mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ tul is-sena li għaddiet? Kemm persuni ġew maqtugħa fl-istess perjodu u kemm irtiraw?

13/05/2015

ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ li fl-2014, 518-il persuna ġew maqtugħa (strike offs) u 40 persuna waqfu jirreġistraw mill-ewwel parti tar-reġistru għax irtiraw. 

Infurmat ukoll li dawn jagħmlu parti minn flow ta' 19,100 persuna li ma baqgħux jirreġistraw għal raġunijiet varji. Fil-fatt, fl-2014 kien hemm 18,033 persuna li bdew jirreġistraw fuq l-ewwel parti tar-reġistru.

Seduta  265

19/05/2015

KANA

1. Wieħed mill-aktar angoli interessanti tat-Testment il-Ġdid huwa li t-tagħlim ma huwiex wieħed għarwien. Imdaħħal bħal xi preċetti jew avv...