4.12.25

RAĦAL ĠDID - PROBLEMA TAL-ĦAMIEM

32663. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva: B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 30578, 31455 u 31708, jista’ l-Ministru jara jekk huwiex possibbli li tinstab soluzzjoni għall-problema tal-ħamiem li hemm preżentement fil-lokalità ta’ Raħal Ġdid?

 

25/11/2025

 

ONOR. JO ETIENNE ABELA: Ninsab infurmat li fiż-żmien li ġej id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali ser iniedi programm, sabiex jitnaqqas l-ammont ta’ ħamiem salvaġġ madwar il-lokalitajiet f’Malta u Għawdex.

 

Seduta  418

03/12/2025

RAĦAL ĠDID - PROBLEMA TAL-ĦAMIEM

32662. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika: B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 30578, 31455 u 31708, tista’ l-Ministru tara jekk huwiex possibbli li tinstab soluzzjoni għall-problema tal-ħamiem li hemm preżentement fil-lokalità ta’ Raħal Ġdid?

 

25/11/2025

 

ONOR. MIRIAM DALLI: Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li diġà tajtu għall-mistoqsijiet parlamentari 30578 u 31708.

 

Seduta  418

03/12/2025

IŻ-ŻEJTUN - TRIQ SANTA KATERINA - XOGĦLIJIET

32661. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika: Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħlijiet għaddejjin fi Triq Santa Katerina, fiż-Żejtun u kemm huwa mistenni li jdum għaddej dan ix-xogħol?

 

25/11/2025

 

ONOR. MIRIAM DALLI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jinvolvu tibdil fil-mejn tal-ilma li għaddej minn ġo Triq Santa Katarina.  Dan se jwassal għal titjib fil-kwalità tal-mejn kif ukoll fil-kapaċità.  Tul l-andament tax-xogħlijiet il-Korporazzjoni se tkun qed tevalwa jekk hemmx bżonn ukoll li jinbidlu xi manholes u manhole slabs.  Dan ix-xogħol huwa ppjanat li jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin.

 

Seduta  418

03/12/2025

IŻ-ŻEJTUN - TRIQ SANTA KATERINA - XOGĦLIJIET

32660. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet għaddejjin fi Triq Santa Katerina, fiż-Żejtun u kemm huwa mistenni li jdum għaddej dan ix-xogħol?

 

25/11/2025

 

ONOR. OWEN BONNICI: Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

 

Seduta  418

03/12/2025

IŻ-ŻEJTUN - TRIQ SANTA KATERINA - XOGĦLIJIET

32659. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet għaddejjin fi Triq Santa Katerina, fiż-Żejtun u kemm huwa mistenni li jdum għaddej dan ix-xogħol?

 

25/11/2025

 

ONOR. CHRIS BONETT: Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

 

Seduta  418

03/12/2025

IŻ-ŻEJTUN - MISRAĦ KARMENU GRIMA - XOGĦLIJIET

32658. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29758, jista’ l-Ministru jgħid xi spejjeż u x’xogħlijiet komplessivi saru f’Misraħ Karmenu Grima, fiż-Żejtun?

 

25/11/2025

 

ONOR. CHRIS BONETT: Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet f’Misraħ Karmenu Grima u ż-żoni tal-madwar, li  jinkludu parti minn Triq Joe Attard u parti minn Triq L-Isqof Antonio Zahra, kienu jikkonsisti f’bini mill-ġdid tal-paviment pedonali, servizzi tal-ilma u drenaġġ, bini mill-ġdid tal-paviment tal-pjazza, parking area u line marking. L-ispiża total hija ta’ Euro 595,998.31.

 

Seduta  418

03/12/2025

3.12.25

PEMBROKE - ILMENTI

32657. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31712, jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu ilmenti rigward trab, eċċ. li qed ikun hemm waqt il-kostruzzjoni li għaddej bħalissa, f’Pembroke matul din is-sena u x’passi ttieħdu?

 

25/11/2025

 

ONOR. JONATHAN ATTARD:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni u l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq ix-Xogħol irċevew 11- il ilmenti dwar trab f’siti ta’ kostruzzjoni ġewwa Pembroke. Dwar dawn l-ilmenti, l-uffiċċjali ta’ dawn l-awtoritajiet għamlu diversi spezzjonijiet fejn ttieħdu l-passi neċessarji, fosthom nħarġet ordni ta’ waqfien tax-xogħlijiet u ħruġ ta’ multa fuq emissjonijiet tat-trab. 

 

Seduta  417

02/12/2025

KANA

1. Wieħed mill-aktar angoli interessanti tat-Testment il-Ġdid huwa li t-tagħlim ma huwiex wieħed għarwien. Imdaħħal bħal xi preċetti jew avv...