1.6.23

BORMLA - DELCEPPO GROUND – XOGĦOL

9162. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol ġewwa Delceppo Ground, f’Bormla?

 

25/05/2023

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Bormla li x-xogħlijiet mixjin hekk kif inhu ppjanat.

 

Infurmat li sakemm ma jkunx hemm problemi mhux mistennija, jonqos biss li jsir turf artifiċjali fil-5-a-side football pitch, jiġu installati CCTV cameras u jitwaħħlu l-bandli.

 

Seduta  129

31/05/2023

RAĦAL ĠDID – PJAZZA ANTOINE DE PAULE - ĦAJT

9161. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jara li l-ħajt li hemm fil-Pjazza De Paule, ġewwa Raħal Ġdid, li miegħu kellhom jitkabbru numru ta’ pjanti, jiġi kkurat?

 

25/05/2023

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid li l-istess Kunsill qiegħed jiddiskuti u jesplora diversi toroq 'il quddiem b’rabta mas-suġġett inkwistjoni.

 

Seduta  128

30/05/2023

IL-FURJANA – MANUTENZJONI TAŻ-ŻONA WARA L-LIBRERIJA PUBBLIKA ĊENTRALI

8963. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8710, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8484, jista’ l-Ministru jara li ssir spezzjoni fuq il-parti ta’ wara tal-Librerija Pubblika Ċentrali l-Furjana faċċata tal-Msida Bastion Historic Garden, int u tiela’ lejn l-Uffiċini tal-Kumissarju tat-Taxxi Interni billi mhijiex tiġi kkurata u miżmuma tajjeb?

 

18/05/2023

 

ONOR. STEFAN ZRINZO AZZOPARDI:  Nitlob lill-Onor. Interpellant jindirizza din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

 

Seduta  128

30/05/2023

MFHEA - INFIQ

8962. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8330 u 8709 u jikkonferma li fl-aħħar erba’ snin l-infiq fil-Malta Further & Higher Education Authority (MFHEA) qabeż in-€0.5 miljun ta’ dak li kien approvat mill-estimi?

 

18/05/2023

 

ONOR. CLIFTON GRIMA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

 

Seduta  128

30/05/2023

MFHEA – KONSULENTI

8961. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8328 u 8708 u jgħid kemm hemm konsulenti ingaġġati mal-Malta Further & Higher Education Authority (MFHEA) u kemm minnhom ġew hekk ingaġġati fl-aħħar sentejn? Jista’ wkoll jgħid jekk dawn sarux bl-approvazzjoni tal-Bord relattiv?

 

18/05/2023

 

ONOR. CLIFTON GRIMA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

 

Seduta  128

30/05/2023

OMBUDSMAN GĦALL-EDUKAZZJONI – KAŻ KONTRA L-MFHEA

8960. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8327 u 8707 u jgħid jekk huwiex minnu li matul is-sena li għaddiet l-Ombudsman għall-Edukazzjoni rrakkomanda każ kontra l-Malta Further & Higher Education Authority, (MFHEA), u jekk dan huwa minnu, kemm kienet l-ispiża inkorsa, x’kienet in-natura tal-każ u min approva l-pagamenti relattivi?

 

18/05/2023

 

ONOR. CLIFTON GRIMA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

 

Seduta  128

30/05/2023

MFHEA – REVIŻJONI TAL-OPERAT

8959. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8332 u 8706 u jgħid jekk matul dawn l-aħħar snin saritx reviżjoni indipendenti tal-operat tal-Malta Further & Higher Education Authority (MFHEA) u jekk iva, jista’ jgħid x’kienu dawn ir-rakkomandazzjonijiet, minn min saru u jqiegħed kopja ta’ dan fuq il-Mejda tal-Kamra?

 

18/05/2023

 

ONOR. CLIFTON GRIMA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

 

Seduta  128

30/05/2023

ĦAL TARXIEN/RAĦAL ĠDID – TRIQ NAZZARENU – XOGĦLIJIET

35817. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet...