24.4.23

IL-BELT VALLETTA – TRIQ SAN ĠWANN U STRADA STRETTA – TISWIJIET FIĊ-ĊANGATURA TAT-TRIQ

5410. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jara li l-ħsara li hemm fiċ-ċangatura fi Triq San Ġwann il-Belt Valletta, kantuniera ma’ Strada Stretta, tiġi msewwija billi hija ta’ inkonvenjent u perikolu kbir għal min jkun qiegħed jagħmel użu minnha?

 

19/01/2023

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta li minhabba li ċ-ċangaturi msemmija sfrondaw wara li kien sar xogħol mill-Gvern Ċentrali, l-Kunsill għamel pressjoni mal-entita kkoncernata biex isiru x-xogħlijiet ta’ tiswija.

 

 

Infurmat ukoll li din it-triq hi indikata bħala triq ta’ prjorita’ biex tissewwa.

 

Seduta  79

23/01/2023

APPELLI PENDENTI QUDDIEM L-ARBITRU GĦAS-SIGURTÀ SOĊJALI

5409. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm appelli pendenti quddiem l-Arbitru għas-Sigurtà Soċjali fl-aħħar tas-sena 2022 u jista’ jgħid ukoll kemm appelli ġew deċiżi jew irtirati tul l-istess sena?

 

19/01/2023

 

ONOR. MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnhu hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt:

 

Appelli

Diċembru 2022

Appelli pendenti sa Diċembru 2022

753*

Appelli deċiżi sa Diċembru 2022

341

Appelli li ġew irtirati mill-appellant/i sa Diċembru 2022

278

Appelli li ġew revokati mid-Dipartiment sa Diċembru 2022

202

 

*minnhom 306 huma appelli li diġa bdew jinstemgħu

 

Seduta 79

23/01/2023

RAĦAL ĠDID – PERSUNI LI JIRĊIEVU L-GĦAJNUNA SOĊJALI

5408. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li kienu qed jirċievu l-għajnuna soċjali tul is-sena li għaddiet li huma residenti Raħal Ġdid u jistax jindika wkoll kemm kien hemm nisa u kemm rġiel?

 

19/01/2023

 

ONOR. MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ persuni li kienu qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali f’Diċembru 2022, u li kienu residenti Raħal Ġdid, kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt:

 

Raħal Ġdid

Irġiel

Nisa

Total

SA/SUP/UA

39

138

177

SUA

65

13

78

Total

104

151

255

 

SA    – Għajnuna Soċjali

SUP  -  Għajnuna Soċjali lill-ommijiet xebbiet

UA   -  Għajnuna Soċjali tal-Qgħad

SUA -  Għajnuna lil barranin li jgawdu minn Protezzjoni Sussidjarja u mhumiex f’impjieg.

 

 

Seduta 79

23/01/2023

IL-BELT VALLETTTA – TRIQ SAN ĠWANN U STRADA STRETTA – TISWIJIET FIĊ-ĊANGATURA TAT-TRIQ

5407. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jara li l-ħsara li hemm fiċ-ċangatura fi Triq San Ġwann il-Belt Valletta, kantuniera ma’ Strada Stretta, tiġi msewwija billi hija ta’ inkonvenjent u perikolu kbir għal min ikun qiegħed jagħmel użu minnha?

 

19/01/2023

 

ONOR. AARON FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

 

 

Seduta 79

23/01/2023

RAĦAL ĠDID – ĠNIEN LORRY SANT – XOGĦLIJIET

5406. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslu x-xogħlijiet li għandhom isiru fi Ġnien  Lorry Sant f’Raħal Ġdid?

 

19/01/2023

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tar-Raħal Ġdid, ix-xogħlijiet fi Ġnien Lorry Sant jinsab fi stadju avvanzat ferm tant li bħalissa qed jasal fi tmiemu ix-xogħol fuq il-ġebla Maltija li biha huwa imdawwar il-ġnien, kif ukoll waslu minn barra mat-80% tal-pjanti u siġar ġodda li ser jitħawwlu.

 

Barra minn hekk, infurmat li ġew ppreparati il-planters kollha sabiex ikun jista jibda t-tħawwil fil-ġimgħat li ġejjin.

 

Infurmat wkoll li sar xogħol ta’ preparamenti relatati mas-sistema tad-drip irrigation u għad-dwal.

 

Finalment, infurmat li meta dan kollu jitlesta, jkun għad fadal biss il-pavimentar xi jsir u b’hekk jaslu fi tmiemhom ix-xogħlijiet.

 

Seduta 79

23/01/2023

QORTI – RIKORSI ĠURAMENTATI TA’ SEPARAZZJONI

5178. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati rikorsi ġuramentati ta’ separazzjoni fil-Qrati ta’ pajjiżna tul is-sena li għaddiet? Jista’ jgħid kemm minnhom għadhom pendenti u kemm ġew deċiżi?

 

12/01/2023

 

ONOR. JONATHAN ATTARD:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena li għaddiet fil-Qrati ta’ Malta ġew ippreżentati 106 kawżi ta’ separazzjoni li minnhom 99 għadhom pendenti u 7 ġew deċiżi. Filwaqt li fil-Qrati ta’ Għawdex ġew ippreżentati 39 kawża ta’ separazzjoni li 25 minnhom għadhom pendenti u 14 ġew deċiżi.

 

Apparti dawn, ġew ippreżentati 327 kawża bonarja f'Malta, li minnhom 309 ġew itterminati u 18 għadom pendenti, filwaqt li f'Għawdex ġew ippreżentati 15 -il kawża bonarja, li minnhom 8 ġew itterminati u 7 għadom pendenti.

 

Seduta 79

23/01/2023

SKEJJEL SEKONDARJI – STUDENTI LI QED JISTUDJAW IL-LINGWA GRIEGA U L-LATIN

3376. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni: Jista’ l-Ministru jindika kemm hemm studenti li huma reġistrati fl-iskejjel sekondarji ta’ pajjiżna li qed jistudjaw il-lingwa Griega kif ukoll il-Latin tul din is-sena akkademika? Jista’ jindika f’liema sena?

 

25/10/2022

 

ONOR. CLIFTON GRIMA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-żewġ lingwi msemmija ma jiġux mgħallma fl-iskejjel tal-Istat.

 

Seduta  46

08/11/2022

ĦAL TARXIEN/RAĦAL ĠDID – TRIQ NAZZARENU – XOGĦLIJIET

35817. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet...