21.9.21

ĦAŻ-ŻABBAR – TRIQ IL-BAĦRIJA - XOGĦLIJIET

 

 

21127. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol qiegħed isir f’Triq il-Baħrija Ħaż-Żabbar u kemm ser idum għaddej?

 

13/05/2021

 

  ONOR. JOSÈ HERRERA:  Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21126.

 

Seduta  463

19/05/2021

 

ĦAŻ-ŻABBAR – TRIQ IL-BAĦRIJA - XOGĦLIJIET

 

 

 

21126. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol qiegħed isir f’Triq il-Baħrija Ħaż-Żabbar u kemm ser idum għaddej?

 

13/05/2021

 

  ONOR. IAN BORG:  Bit-twaqqif ta’ Infrastructure Malta t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajji¿na jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.

 

Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna.

 

Fil-ftit żmien kemm ilha li twaqqfet, Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’aktar minn 500 triq. Matul l-2020 bniet mill-ġdid mal-155 triq residenzjali madwar Malta, jiġifieri medja ta’ tliet toroq kull ġimgħa. Bħalissa għaddejjin xogħlijiet f’madwar 50 triq oħra.

 

Fil-lokalità ta’ Ħaż-Żabbar Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid Triq Francis X. Attard, Triq Ħadd- in-Nies, Triq in-Naħla, Sqaq San Franġisk, Trejqet San Franġisk, Triq bla isem fi Triq San Ġużepp,Triq is-Serer, Triq in-Newl, Triq ir-Rand, Triq il-Fikus, Triq il-Ġiżimina u Triq Salvu Darmanin. Bħalissa qegħdin isiru Triq ix-Xgħajra, Triq il-Madaffa, Triq il-Baħrija, Triq Żabrella, Triq id-Dliela, Triq Bieb is-Sultan, Triq ġdida fi Triq is-Saħħara, Triq Alessio Erardi, Triq il-Luq, Triq il-Figelu Triq il-Qaqoċċ, waqt li fix-xhur li ġejjin se jinbdew xogħlijiet f’aktar toroq bħalma se jsir f’lokalitajiet oħrajn f’Malta.

 

Ix-xogħljiet fi Triq il-Baħrija mistennija jistlestew fis-sajf u jinkludu tqegħid ta’ servizzi tad-drenaġġ, titjib fis-sistemi taħt l-art għas-servizzi tal-ilma u telekomunikazzjoni, servizzi tal-elettriku, kif ukoll bankini u tisħiħ tal-pedamenti ta’ din it-triq qabel ma jsirilha wiċċ ġdid b’diversi saffi t’asfalt.

 

Intennu l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu bla heda biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.

 

Seduta  463

19/05/2021

RILOKAZZJONI TA’ REFUĠJATI U PERSUNI LI ĦAQQHOM PROTEZZJONI.

 

 

21109. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20792 jgħid kemm ġew rilokati refuġjati u persuni li ħaqqhom protezzjoni fl-ewwel erba’ xhur tas-sena?

 

11/05/2021

 

  ONOR. BYRON CAMILLERI:  Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

 

Seduta  463

19/05/2021

RAĦAL ĠDID - ĠNIEN IL-MEDITTERAN

 

 

21108. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20721 u ċjoè: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20210, jista’ l-Ministru jgħid x’pjan ta’ ħidma hemm imfassal, sabiex l-attività tiġi msaħħa biex Ġnien il-Meditteran f’Raħal Ġdid jinżamm aħjar?

 

11/05/2021

 

  ONOR. JOSÈ HERRERA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid iffirma memorandum of understanding mal-Correctional Services Agency, tal-Faċilita Korrettiva ta' Kordin, sabiex residenti tal-istess faċilitá jassistu fi¿-¿amma tal-ġnien.

Qed jitkomplew ukoll taħditiet ma’ bosta entitajiet governattivi sabiex isir ix-xogħol meħtieġ.

 

Seduta  463

19/05/2021

FAMILJI LI JOQOGĦDU FIN-NOFSINHAR TA’ MALTA

21332. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21142, jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa l-għadd ta’ familji benefiċċjarji li joqogħdu fir-Raba’ Distrett Elettorali? Possibbilment jista’ jgħid f’liema lokalitajiet joqogħdu?

 

20/05/2021

 

ONOR. MICHAEL FALZON: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, t-tagħrif mitlub minnhu huwa skont kif jidher fit-tabella

t’hawn taħt.

 

Lokalitajiet ta’ residenza fir-Raba’ Distrett Elettorali:

Numru ta 'każijiet maħduma Jan-Diċ 2020

Fgura (kollha)

13

Gudja

5

Paola

16

Santa Lucija

7

Tarxien

12

Total

53

 

N.B. Id-dejta teskludi persuni li jistgħu jkunu l-ħabs, bla dar jew f’xi forma ta’ kenn.

 

 

Seduta 465

25/05/2021

KUNSILL LOKALI TA’ MARSASKALA: RIVISTI

 

 

21331. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rivista ħareġ il-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala matul is-snin 2018, 2019, 2020 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija sabiex jinfurmahom x’qiegħed jiġri fil-lokalità?

 

20/05/2021

 

  ONOR. JOSÈ HERRERA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala li ġew ippubblika 3 rivisti fl-elfejn u tmintax, u 3 rivisti fl-elfejn u dsatax. Fl-elfejn u għoxrin sad-data tal-lum, il-Kunsill Lokali ma ppubblikax rivisti. Il-Kunsill Lokali għandu preżenza fuq siti tal-media soċjali.

 

Seduta  465

25/05/2021

MARSASKALA: BENEFIĊĊJI SOĊJALI

 

 

 

21330. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jgħid in-numru ta’ residenti minn Marsaskala li qed  jibbenefikaw minn  xi forma ta’ benefiċċju soċjali u x’inhuma l-benefiċċji li qed jirċievu?

 

20/05/2021

 

ONOR. MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ residenti minn Marsaskala li kienu jibbenifikaw minn benefiċċju soċjali fix-xahar t’April 2021 kien skont it-tabella ta hawn taħt.

 

 

 

 

Benefiċċju

Benefiċjarji residenti Marsaskala

Allowance għal Carers

6

Allowance ta' Iltim

1

Allowance tat-Tfal

1,585

Allowance tat-Tfal

0

Allowance Tfal b'Diżabilità

58

Allowance Tfal taħt Ħarsien

6

Assistenza Diżabilità Severa

98

Assistenza għal Diżabilità

8

Assistenza Miżjuda Diżabilità Severa

15

Assistenza Miżjuda għal Carers

23

Assistenza Persuna b'Vista Batuta

7

Benefiċċju għal Diżimpjieg

16

Benefiċċju għal Leave tal-Maternità

4

Benefiċċju għal Waqt l-Impjieg

73

Benefiċċju Speċjali għal Diżimpjieg

2

Benefiċċju tal-Korriment

2

Benefiċċju tal-Mard

31

Benefiċċju tal-Maternità

4

Bonus Kontribuzzjonijiet Nieqsa

264

Bonus Twelid ta' Tarbija

44

Għajnuna Medika

203

Għajnuna Soċjali

108

Għajnuna Soċjali għal Diżimpjieg

21

Għajnuna Soċjali Mnaqqsa

30

Għajnuna Soċjali Protezzjoni Sussidjarja

45

Għajnuna Soċjali Unmarried Persons

63

Għajnuna Supplimentari

404

Għotja għal Carers

6

Għotja tal-Anzjani

559

Għotja taż-zwieġ

2

Penjoni tar-Romol

331

Pensjoni Minima Nazzjonali

198

Pensjoni ta' Diżabilità

2

Pensjoni tal-Età

68

Pensjoni tal-Invalidità

62

Pensjoni tal-Irtirar

132

Pensjoni taż-Żewġ Terzi

1,069

Suppliment Allowance tat-Tfal

1,585

Suppliment Benefiċċju għal Waqt l-Impjieg

17

 

Seduta 465

25/05/2021

 

 

ĦAL TARXIEN/RAĦAL ĠDID – TRIQ NAZZARENU – XOGĦLIJIET

35817. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet...