9.9.21

XATT TA’ WIED IL-GĦAJN – TRIQ IŻ-ŻONQOR – RESTAWR TA’ ĦADID.

 

 

17992. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jara li jiġi restawrat il-ħadid li hemm fix-Xatt ta’ Wied il-Għajn Triq iż-Żonqor jinsab imsaddad?

 

11/01/2021

 

  ONOR. IAN BORG:  Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministru kkonċernat.

 

 

Seduta  417

19/01/2021

HEARING AIDS – PROĊEDURI DIPARTIMENTALI

 17594. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhi l-proċedura dipartimentali meta persuni jkollhom ħsara fil-hearing aids? Jista’ jiġi indikat x’servizz jingħata lill-persuni residenti f’Djar tal-Anzjani?

 

30/11/2020

 

  ONOR. CHRIS FEARNE:  Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dawk kollha li huma ntitolati għal hearing aid b’xejn u li jkollhom il-ħsarat fiha, isir l-ispezzjonar tal-hearing aid difettuża mill-hearing aid laboratory technician. Hawnhekk issir it-tiswija neċessarja u f’każijiet li dan ma jkunx possibbli, tingħata oħra ġdida.

Il-persuni residenti fi Djar tal-Anzjani huma ntitolati għas-servizzi kollha fir-rigward ta’ hearing aids.

 

Seduta  412

16/12/2020

HEARING AIDS - KRITERJI

  

 

17593. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhuma l-kriterji u r-rekwiżiti sabiex persuna tkun tista’ tikkwalifika sabiex tingħata hearing aids? Jista’ jindika kemm kien hemm benefiċċjarji tul din is-sena?

 

30/11/2020

  ONOR. CHRIS FEARNE:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuni li jikkwalifikaw għal-hearing aids b’xejn huma dawk l-adulti li għandhom l-karta l-bajda, adulti/anzjani li huma residenti fi djar tal-gvern, San Vinċenz De Paul, l-isptar Monte Carmeli  u dawk fis-Swali Ġerjatriċi li jagħmlu parti mill-Isptar Ġenerali ta ’Għawdex, membri ta' Ordnijiet Reliġjużi, membri tal-Forzi Armati, membri tal-Korp tal-Pulizija, l-Priġunieri fil-faċilità Korrettiva ta’ Kordin kif ukoll t-tfal u l-adolexxenti żgħar kollha sal-età tat-18 il-sena. Peress li s-smiegħ huwa mportanti għall-iżvilupp ta’ dawn it-tfal u adoloxxenti kemm minħabba l-ispeech development, kif ukoll matul is-snin skolastiċi tagħhom huma intitolati għal bilateral hearing aids. Matul din is-sena ngħataw 90 hearing aid lill-adulti kif ukoll 50 lill tfal/adoloxxenti.

 

Seduta  412

16/12/2020

XIRI TA’ HEARING AIDS

 

 

 

17592. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta hija l-aħħar darba li nxtrat konsenja ta’ Hearing Aids u kemm kienet l-ispiża fuq dan?

 

30/11/2020

 

  ONOR. CHRIS FEARNE:  Ninforma lill-Onor. Interpellant peress illi l-kundizzjonijiet mediċi tal-pazjenti huma varji, jinxtraw diversi tipi ta’ hearing aids. L-aħħar li ġew ordnati kienu d-Digital Hearing Aids for Children with severe to Profound Loss f’Marzu ta’ din is-sena u l-valur tagħhom kien Ewro33,360.00.

 

Seduta  412

16/12/2020

 

BRING-IN SITES – KONTROL U INFURZAR TA’ INDAFA

 

 

17591. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid liema entità hija responsabbli sabiex twettaq is-sorveljanza, kontrol u infurzar fuq l-istat nadif u skont ir-regoli tal-iġene tal-bring in-sites li għandna f’pajjiżna?

 

30/11/2020

 

ONOR. JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

 

Seduta 412

16/12/2020 

BRING-IN SITES – KONTROL U INFURZAR TA’ INDAFA

 

 

17590. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur: Jista’ l-Ministru jgħid liema entità hija responsabbli sabiex twettaq is-sorveljanza, kontrol u infurzar fuq l-istat nadif u skont ir-regoli tal-iġene tal-bring in-sites li għandna f’pajjiżna?

 

30/11/2020

 

  ONOR. CLAYTON BARTOLO:  Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

 

Seduta  412

16/12/2020

 

BRING-IN SITES – KONTROL U INFURZAR TA’ INDAFA

 

 

17589. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar: Jista’ l-Ministru jgħid liema entità hija responsabbli sabiex twettaq is-sorveljanza, kontrol u infurzar fuq l-istat nadif u skont ir-regoli tal-iġene tal-bring in-sites li għandna f’pajjiżna?

 

30/11/2020

 

ONOR. AARON FARRUGIA: Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 16208.

 

Seduta 412

16/12/2020

 

KANA

1. Wieħed mill-aktar angoli interessanti tat-Testment il-Ġdid huwa li t-tagħlim ma huwiex wieħed għarwien. Imdaħħal bħal xi preċetti jew avv...