10.4.21

MEU - ĦIDMA

 

 

16296. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15323 u jgħid x’ħidma saret tul is-sena li għaddiet 2019 mill-Management Efficiency Unit (MEU) u jgħid kemm ġiet tiswa?

 

19/08/2020

 

  ONOR. ROBERT ABELA:  Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.

 

Seduta  368

06/10/2020

AMBAXXATA GĦALL-POLONJA – ĦIDMA U INIZJATTIVI

 

 

 

16295. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma u x’inizjattivi ttieħdu mill-ambaxxata tagħna għall-Polonja tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena?

 

19/08/2020

 

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ħidma u inizjattivi li ttieħdu mill-Ambaxxata tagħna fl-Polonja tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena.

 

Seduta  368

06/10/2020

 

IPS - ĦIDMA

 


 

16294. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija 15329 u jgħid x’ħidma saret tul is-sena li għaddiet, l-2019, mill-Institute for Public Services u kemm ġiet tiswa?

 

19/08/2020

 

  ONOR. ROBERT ABELA:  Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.

 

Seduta  368

06/10/2020

MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U NEGOZJI ŻGĦAR – SPIŻA FUQ MOBILE PHONES

 

 

16293. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15330 u jgħid x’kienet l-ispiża li saret fil-Ministeru tul is-sena 2018 f’mobile phones kif ukoll jista’ jiġi indikat l-ispiża li saret fis-segreterija privata tal-ministru tul dik is-sena?

 

19/08/2020

 

  ONOR. SILVIO SCHEMBRI:  Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li ma kien hemm l-ebda spiża fuq xiri ta’ mobile phones fl-2018.

 

Seduta  368

06/10/2020

MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ NAZZJONALI U L-INFURZAR TAL-LIĠI – BORDIJIET – BENEFIĊĊJI, KUMPENS FINANZJARJU U KUNDIZZJONIJIET VARJI

 

 

16289. L-ONOR CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15339 u jgħid x’inhuma l-benefiċċji, il-kumpens finanzjarju, u l-kundizzjonijiet varji li huma intitolati għalihom membri fil-Bordijiet varji li jaqgħu taħt il-ministeru u jista’ jindika x’kienet l-ispiża attwali tas-sena li għaddiet 2019?

19/08/2020

 

ONOR. BYRON CAMILLERI: Ninforma l-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

 

Seduta 367

05/10/2020

MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U NEGOZJI ŻGĦAR – BORDIJIET – BENEFIĊĊJI, KUMPENS FINANZJARJU U KUNDIZZJONIJIET VARJI

 

 

16291. L-ONOR CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15338 u jgħid x’inhuma l-benefiċċji, il-kumpens finanzjarju u l-kundizzjonijiet varji li huma intitolati għalihom membri fil-Bordijiet varji li jaqgħu taħt il-Ministeru u jista’ jindika x’kienet l-ispiża attwali tas-sena li għaddiet 2019?

 

19/08/2020

 

ONOR. SILVIO SCHEMBRI: Ninforma lil Onorevoli interpellant illi din l-informazzjoni ser tinghata f-seduta ohra.

 

Seduta 367

05/10/2020

UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU – SPIŻA FUQ SAFAR

 


15343. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża f’safar li sar mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru għas-snin 2017, 2018 u 2019 separatament?

 

04/06/2020

 

  ONOR. ROBERT ABELA:  It-tagħrif għadu qed jinġabar.

 

Seduta  352

06/07/2020

ĦAL TARXIEN/RAĦAL ĠDID – TRIQ NAZZARENU – XOGĦLIJIET

35817. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet...