10.4.21

PERSUNI LI ĠEW SOSPIŻI, MKEĊĊIJA JEW IRRIŻENJAW MIĊ-ĊIVIL

 15342. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm persuni ġew sospiżi, kemm ġew imkeċċija u kemm irriżenjaw miċ-Ċivil tul is-snin 2017, 2018 u 2019? Jista’ jindika kemm kienu ta’ sess femminili u kemm maskili?

 04/06/2020

 ONOR. ROBERT ABELA:  Ninsab nformat li t-tagħrif mitlub, jinsab fit-tabella hawn taħt:

 

 

2017

 

2018

 

2019

 

Rġiel

Nisa

Total

 

Rġiel

Nisa

Total

 

Rġiel

Nisa

Total

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Sospiżi

13

1

14

 

16

2

18

 

11

2

13

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tkeċċew

3

0

3

 

3

0

3

 

2

0

2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Irriżenjaw

111

193

304

 

129

234

363

 

152

341

493

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

127

194

321

 

148

236

384

 

165

343

508

 

 

Seduta  352

06/07/2020

 

RESOURCE SUPPORT SERVICES - ĦIDMA

 15335. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Prim Ministru: Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’ħidma saret mir-Resource Support Services tul is-sena li għaddiet 2019 u kemm din ġiet tiswa?

 

04/06/2020

 

ONOR. ROBERT ABELA:  

Ħidma tal-RSSL matul it-2019

 

Il-Kumpanija Resource Support & Services Limited, li twaqqfet fl-2003 kompliet toffri xogħol alternattiv lill-ħaddiema li jiġu iddikjarati “surplus” fl-entitajiet governattivi.  Il-ħaddiema qed jiġu rilokati f’entitajiet tal-Gvern, Dipartimenti u Kunsilli Lokali.  Il-Kumpanija toffri wkoll opportunitajiet ta’ taħriġ lil dawk il-ħaddiema li jkunu jridu jżidu fil-ħiliet tagħhom u hekk ikollhom opportunitajiet li jsibu xogħol alternattiv permanenti.

Barra mix-xogħol li semmejna, matul is-sena li għaddiet l-RSSL:

1.            iffirmat Ftehim Kollettiv mal-GWU għall-perjodu 1 ta’ Jannar 2017 sal-31 ta’ Diċembru 2024, li permezz tiegħu l-ħaddiema ngħataw żidiet fil-pagi u titjib fil-kundizzjonijiet.

2.            Kompliet bil-proċess ta’ mpjieg ta’ numru ta’ ħaddiema tal-Airmalta li applikaw wara li ġew offruti skema biex jieħdu mpjieg mal-RSSL.  Din l-iskema kienet waħda volontarja u kienu ġew rilokati 38 ex impjegati ta’ l-Airmalta plc.

Finanzi

L-operat tal-Kumpanija matul is-sena 2019 sewa s-somma ta’ €11,751,689 li minnhom €11,621,102 kienu pagi.

 

Seduta  350

30/06/2020

AĊĊESS GĦAL FUQ DGĦAJJES

  

 

15334. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi: Jista’ l-Ministru jgħid jekk ingħatax aċċess lill-uffiċjali fil-UNHCR jew lill-uffiċjali tal-EASO jew lill-uffiċjali tal-IOM abbord il-biċċiet tal-baħar li fuqhom hemm numru ta’ persuni (immigranti rregolari) tul ix-xhur ta’ April u Mejju 2020?

 

04/06/2020

 

  ONOR. BYRON CAMILLERI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet msemmija ma talbux dan l-aċċess.

 

Seduta  350

30/06/2020

MINISTERU GĦALL-FINANZI U S-SERVIZZI FINZJARJI – BORDIJIET – BENEFIĊĊJI, KUMPENS FINANZJARJU U KUNDIZZJONIJIET VARJI

 15333. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji: Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-benefiċċji, il-kumpens finanzjarju u l-kundizzjonijiet varji li huma intitolati għalihom membri fil-Bordijiet varji li jaqgħu taħt il-ministeru u jista’ jindika x’kienet l-ispiża attwali tas-sena li għaddiet 2019?

 

04/06/2020

 

  ONOR. EDWARD SCICLUNA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

 

Seduta  350

30/06/2020

LIBJA – SPEJJEŻ TA’ SAFRA

 15332. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa lill-Ministeru l-aħħar viżta li saret fil-Libja?

 

04/06/2020

 

  ONOR. BYRON CAMILLERI:  Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

 

Seduta  350

30/06/2020

LIBJA – SPEJJEŻ TA’ SAFRA

15331. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa lill-Ministeru l-aħħar viżta li saret fil-Libja?

 

04/06/2020

 

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferri l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

 

Seduta  350

30/06/2020

MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U NEGOZJI ŻGĦAR – SPIŻA FUQ MOBILE PHONES

15330. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet l-ispiża li saret fil-Ministeru tul is-sena 2018 f’mobile phones kif ukoll jista’ jiġi indikat l-ispiża li saret fis-segreterija privata tal-ministru tul dik is-sena? 

 

04/06/2020

 

  ONOR. SILVIO SCHEMBRI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni għadah qed tinġabar.

 

Seduta  350

30/06/2020

ĦAL TARXIEN/RAĦAL ĠDID – TRIQ NAZZARENU – XOGĦLIJIET

35817. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet...