6.3.21

XATT TA’ WIED IL-GĦAJN – TRIQ IŻ-ŻONQOR – RESTAWR TA’ ĦADID

 

 

17992. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jara li jiġi restawrat il-ħadid li hemm fix-Xatt ta’ Wied il-Għajn Triq iż-Żonqor jinsab imsaddad?

 

11/01/2021

 

  ONOR. IAN BORG:  Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministru kkonċernat.

 

Seduta  417

19/01/2021

PAOLA HUB - SPEJJEŻ

 

 

17595. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 16300, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienet l-ispiża li saret fil-Paola Hub, Ċentru tas-Saħħa tul is-sena 2020 u dik prevista għal tul din is-sena?

 

30/11/2020

 

  ONOR. CHRIS FEARNE:  Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul l-2020 l-ispiża Attwali li saret fil-Paola Hub kienet € 3,949,901 filwaqt li dik prevista għal-2021 għandha tkun ta’ madwar €24 miljun.

 

Seduta  413

11/01/2021

5.3.21

ĦAL TARXIEN – TRIQ PAOLA - XOGĦLIJIET

 

 

 

19552. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 19005, jista’ l-Ministru jgħid meta ser jkun lest ix-xogħol fit-triq għax hija kaġun ta’ hafna diffikultajiet għar-residenti?

 

25/02/2021

 

  ONOR. IAN BORG:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġà spjegat fit-tweġiba preċedenti, Triq Paola f’Ħal Tarxien hija fost 50 triq residenzjali li Infrastructure Malta qed tibni mill-ġdid bħalissa. Din hi twila madwar nofs kilometru, tant li tibda minn ħdejn il-Knisja Parrokkjali u tmiss ma’ Triq Ħal Tarxien fid-direzzjoni lejn Raħal Ġdid.

 

Ix-xogħlijiet f’din it-triq li bdew fit-tieni ġimgħa ta’ Jannar huma kumplessi u mhux sempliċiment kisja asfalt. Dawn jinkludu fost oħrajn bdil tal-pajpijiet tal-ilma u servizzi ġodda għall-ilma. Fil-każ ta’ din it-triq, is-servizz tad-distribuzzjoni tal-ilma ntsab li kien pożizzjonat eżatt taħt il-wheel path u dan kien qed joħloq inkonvenjent kbir meta jkun hemm ħsarat. Għaldaqstant, ġie mċaqlaq għal taħt il-parking bay.

 

Barra minn hekk, qegħdin isiru wkoll servizzi tat-telekomunikazzjoni, bini ta’ bankini ġodda fuq iż-żewġ naħat u fl-istess triq għaddej ukoll xogħol minn entità oħra, li qed jiġi kkordinat biex isir waqt il-bini mill-ġdid tat-triq biex jonqos l-inkonvenjent lir-resident. Kif ikunu lesti t-testijiet li għaddejjin bħalissa, tibda l-aħħar fażi li tinkludi l-bini tal-pedamenti u l-wiċċ tat-triq biex din tkun lesta fix-xhur li ġejjin. Il-kuntratturi qed jippjanaw ix-xogħol b’mod li jkun tal-inqas inkonvenjent u biex id-diffikultajiet jiġu minimizzati.

 

Din il-ħidma se tagħti lir-residenti ta’ Triq Paola u dawk li jgħaddu minnha infrastruttura ta’ kwalità u aktar sigura, li n-nuqqas tagħhom għal snin twal kien joħolqilhom ħafna diffikultajiet.

 

Seduta  435

03/03/2021

 

PROTEZZJONI ĊIVILI – RAPPORT TA’ KAŻIJIET TA’ ĦRUQ TA’ PROPRJETÀ U TA’ SIĠAR

 

 

19549. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati rapporti mal-Protezzjoni Ċivili ta’ każijiet ta’ ħruq ta’ proprjetà u ta’ siġar?

 

25/02/2021

 

ONOR. BYRON CAMILLERI: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant , li fis-sena’ 2020 kellna 303 nirien ġewwa propretajiet, li jvarjaw fit-tip ta’ ħruq tagħhom kif ukoll il-post, jinkludi bini abbandunat u sub station.

Rigward is-siġar kellna 31 sejħa speċifikata fuq siġar jaqbdu, imma tajjeb li wieħed ikun jaf li kellna 888 każ ta’ grass fires li jista’ jkun fihom xi siġar ukoll.

 

Seduta 435

03/03/2021

RAĦAL ĠDID – INĊIDENTI U DELITTI MARBUTA MA’ ĦRUQ

 

 

19550. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati inċidenti u delitti marbuta ma’ ħruq f’Raħal Ġdid fl-Għassa tal-Pulizija tul dawn l-aħħar ħames snin u jistax jindika jekk fosthom kienx hemm proprjetà tal-Gvern jew korporazzjonijiet? 

 

25/02/2021

 

ONOR. BYRON CAMILLERI: Ninsab infurmat illi bejn l-ewwel ta’ Jannar 2015 u l-31 ta’ Dicembru 2020, in-numru ta’ kazijiet dwar incidenti u/jew delitti (arson) marbuta ma’ ħruq f’Rahal Gdid, irrapportati lill-Pulizija, kien ta’ disgħa u tmenin (89). Seba’ (7) kazi kienu jinvolvu propjeta tal-gvern li erba’ (4) minnhom kienu nirien imqabbda apposta (arson) .

 

 

Sena

Delitti ta’ ħruq

(arson)

Incidenti ta’ ħruq (fire)

Total

2015

6

14

20

2016

3

14

17

2017

5

16

21

2018

1

7

8

2019

1

11

12

2020

4

7

11

Total

20

69

89

 

 

 

Seduta 435

03/03/2021

ĦAŻ-ŻABBAR – TRIQ IL-KUNSILL TAL-EWROPA – TRAFFIC LIGHTS

19551. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jikkonsidra li jiġu installati traffic lights fi Triq il-Kunsill tal-Ewropa f’Ħaż-Żabbar invista tal-fatt li qed jkun hemm numru ta’ persuni li jaqsmu għal ġewwa l-ġnien?

 

25/02/2021

 

  ONOR. IAN BORG:  Ninforma lil Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li Transport Malta diġa approvat pelican crossing f’din i-żona kif mitlub mill-Ministeru għat-Turiżmu.

 

Seduta  435

03/03/2021

IL-GUDJA – INĊIDENTI U DELITTI MARBUTA MA’ ĦRUQ

19553. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati inċidenti u delitti marbuta ma’ ħruq fir-raħal tal-Gudja fl-Għassa tal-Pulizija tul dawn l-aħħar ħames snin u jistax jindika jekk fosthom kienx hemm proprjetà tal-Gvern jew korporazzjonijiet? 

 

25/02/2021

 

ONOR. BYRON CAMILLERI: Ninsab infurmat illi bejn l-ewwel ta’ Jannar 2015 u l-31 ta’ Dicembru 2020, in-numru ta’ kazijiet dwar incidenti u/jew delitti (arson) marbuta ma’ ħruq li seħħew fil-Gudja u  ġew irrapportati lill-Pulizija, kienu ta’ tlieta u tletin (33).  Ma kien hemm l-ebda kaz fejn propjeta tal-gvern kienet involuta.

 

Year

Delitti ta’ ħruq

(arson)

Incidenti ta ħruq (fire)

Total

2015

0

6

6

2016

0

4

4

2018

0

3

3

2017

2

7

9

2019

1

5

6

2020

1

4

5

Total

4

29

33

 

 

Seduta 435

03/03/2021

 

KANA

1. Wieħed mill-aktar angoli interessanti tat-Testment il-Ġdid huwa li t-tagħlim ma huwiex wieħed għarwien. Imdaħħal bħal xi preċetti jew avv...