2.10.18

LESA – KONTRAVENZJONIJIET MAĦRUĠA




6635. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm kontravenzjonijiet tat-traffiku li nħarġu mil-LESA minn meta twaqqfet sena b’sena sal-aħħar ta’ Mejju 2018? Jistgħu dawn jiġu kklassifikati u elenkati skont in-natura tagħhom?

25/06/2018

  ONOR. OWEN BONNICI:  Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

Seduta  139
02/10/2018

KONTRAVENZJONIJIET TAT-TRAFFIKU MAĦRUĠA MILL-KORP TAL-PULIZIJA.


  
6634. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm kontravenzjonijiet tat-traffiku li nħarġu mill-Korp tal-Pulizija tul is-sena 2016, 2017 u l-2018 sal-aħħar ta’ Mejju? Jistgħu dawn jiġu klassifikati u elenkati skont in-natura tagħhom?

25/06/2018

  ONOR. MICHAEL FARRUGIA:  Ninsab infurmat li l-ammont ta’ traffic offence tickets u ċitazzjonijiet dwar kontravenzjonijiet tat-traffiku  li nħarġu matul is-snin 2016, 2017 u sa Mejju 2018, kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt. Id-dettalji dwar in-natura tal-kontravenzjonijiet konċernati huma kif jidhru fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.



Sena
Ammont
2016
77,172
2017
60,410
2018  sa Mejju
24,909

Seduta  138
01/10/2018

MARSASKALA – KONTRAVENZJONIJIET MINN SPEED CAMERA

  
6633. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jagħti dettalji ta’ kemm-il kontravenzjoni nqabdet minn kull speed camera f’din il-Leġiżlatura fil-lokalità ta’ Marsaskala?

25/06/2018

  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li fil-lokalità ta’ Marsaskala m’hemmx speed camera installata.

Seduta  138
01/10/2018

DIPARTIMENT TAL-EDUKAZZJONI - KORSIJIET GĦALL-ĠENITURI BIEX JIFHMU D-DYSLEXIA





6632. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16291 tat-12-il leġislatura, jista’ l-Ministru jindika kemm saru korsijiet għall-ġenituri biex jifhmu d-dyslexia u l-bżonnijiet varji tat-tfal tagħhomtul din il-Leġiżlatura? Fejn u meta saru dawn il-korsijiet? Kemm saru korsijiet għall-għalliema biex ikunu aktar imħarrġa dwar id-dyslexia u kif ikunu jistgħu jgħinu l-istudenti li għandhom din il-kundizzjoni?

25/06/2018

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ġentilment nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 6173 u 6174.

Seduta  138
01/10/2018

SERVIZZI TA’ TAĦRIĠ FIL-QASAM TAS-SAĦĦA MENTALI.





6631. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il servizz ta’ taħriġ fil-qasam tas-saħħa mentali ġew organizzati f’din il-Leġiżlatura lil Job coaches kif ukoll lill-għalliema fl-iskejjel ta’ pajjiżna? Kemm kien hemm parteċipanti f’dawn il-sessjonijiet?

25/06/2018

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li f’din il-Leġiżlatura Jobsplus offriet servizzi ta’ taħriġ fi Frar u Marzu 2018 fuq kif wieħed jagħti l-ewwel għajnuna fil-qasam ta’ saħħa mentali. Dan it-taħriġ ingħata lill-ħdax-il Job Coach tad-Diviżjoni responsabbli mill-inklużjoni ta’ persuni b’diżabilità f’Jobsplus.

Infurmat ukoll li f’din il-Leġiżlatura ġew organizzati disa’ sessjonijiet ta’ taħriġ fil-qasam tas-saħħa mentali lill-impjegati li jaħdmu mal-istudenti ġewwa l-MCAST.In-numru ta’ parteċipanti għalkull sessjoni ta’taħriġ kien kif se nsemmi:

11 ta’ Lulju 2017 – 4 persuni
7 ta’ Settembru 2017 – 7 persuni
12 ta’ Settembru 2017- 18-il persuna
13 ta’ Settembru 2017 – 7 persuni
11 ta’ Ottubru 2017 – 7 persuni
25 ta’ Jannar 2018 – 21 persuna
8 ta’ Frar 2018 – 21 persuna
15 ta’ Marzu 2018 – 15-il persuna
12 ta’ April 2018 – 10 persuni

Rigward taħriġ ieħor f'din il-Leġiżlatura mill-Institute for Education, inkluż in-numru ta' parteċipanti, ġentilment nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 6153.

Seduta  138
01/10/2018

VITTMI TAL-VJOLENZA DOMESTIKA – MANWAL TAL-PROĊEDURI MOGĦTI LILL-ENTITAJIET




6630. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5661, tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-manwal tal-proċeduri mogħti lill-entitajiet kollha kif ukoll il-ktejjeb ta’ informazzjoni dwar is-servizzi li jistgħu jgħinu lill-vittmi tal-vjolenza domestika?

25/06/2018

  ONOR. HELENA DALLI:  Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt fis-seduta tal-4 ta’ Ġunju 2018 għall-mistoqsija 6175.

Seduta  138
01/10/2018

ĦRUĠ TA’ AGGRESSURI MINN DJAR TAL-VITTMI TA’ VJOLENZA DOMESTIKA - KAŻIJIET




6629. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm każijiet tul din il-Leġiżlatura fejn il-Pulizija ħarġu l-aggressuri mid-djar tal-vittmi tal-vjolenza domestika?

25/06/2018

  ONOR. MICHAEL FARRUGIA:  Ninsab infurmat li t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant ma jinżammx taħt forma kompjuterizzata u għalhekk waqt li nikkonferma li fejn ikun hemm bżonn il-Pulizija tassisti biex jinħarġu l-aggressuri mid-djar tal-vittmi tal-vjolenza domestika, it-tagħrif ma jistax jinġabar.

Seduta  138
01/10/2018

ĦAL TARXIEN/RAĦAL ĠDID – TRIQ NAZZARENU – XOGĦLIJIET

35817. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet...