9.2.17

LINGWA SPANJOLA - TAGĦLIM


 
30206. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li huma reġistrati sabiex jitgħallmu l-lingwa Spanjola tul din is-sena akkademika fl-iskejjel sekondarji ta’ pajjiżna?  Jista’ jindika s-sess tal-istudenti? Jista’ jgħid kemm hawn għalliema reġistrati li kapaċi jgħallmu din il-lingwa?

23/01/2017

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-istudenti li huma reġistrati sabiex jitgħallmu l-lingwa Spanjola tul din is-sena akkademika u l-għalliema reġistrati li kapaċi jgħallmu din il-lingwa fl-iskejjel sekondarji tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti huma murija fit-tabella kif ġej:


Skejjel Sekondarji
Studenti
Total ta' Studenti
Għalliema
Subien
Bniet
Statali
712
808
1520
36 + 3 HODs*
tal-Knisja
290
171
461
5
Indipendenti
141
84
225
7

*36 Għalliem u 3 Kap ta’ Dipartiment (HoDs) li jkollhom nofs il-load bħala teaching

Seduta  480
08/02/2017

IL-GUDJA – PERSUNI LI JIEĦDU PENSJONI


 
30205. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni li huma reġistrati li jgħixu l-Gudja, kienu qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni u jista’ jindika kemm kien hemm li qed jirċievu pensjoni taħt is-somma ta’ €500 fix-xahar sal-aħħar tas-sena 2016 u jistax jindika dan kategorija b’kategorija, kif ukoll maqsuma skont is-sess?

23/01/2017

  ONOR. MICHAEL FARRUGIA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba minnu hi skont kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Seduta  480
08/02/2017

IL-GUDJA – PERSUNI LI BBENEFIKAW MILL-ISKEMA IN-WORK BENEFIT


 
30204. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li jgħixu l-Gudja li effettivament bbenefikaw mill-hekk imsejħa In-Work Benefit tul is-sena li għaddiet? Jista’ jindika s-sess?

23/01/2017

  ONOR. MICHAEL FARRUGIA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, in-numru ta’ persuni li jgħixu l-Gudja u li bbenefikaw mill-In work Benefit matul is-sena 2016 kien ta’ 18, li minnhom kien hemm 10 irġiel u 8 nisa.

Seduta  480
08/02/2017

LINGWA ĠERMANIŻA - TAGĦLIM


 
30203. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li huma reġistrati sabiex jitgħallmu l-lingwa Ġermaniża tul din is-sena akkademika fl-iskejjel sekondarji ta’ pajjiżna? Jista’ jindika s-sess tal-istudenti? Jista’ jgħid kemm hawn għalliema reġistrati li kapaċi jgħallmu din il-lingwa?

23/01/2017

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-istudenti li huma reġistrati sabiex jitgħallmu l-lingwa Ġermaniża tul din is-sena akkademika u l-għalliema reġistrati li kapaċi jgħallmu din il-lingwa fl-iskejjel sekondarji tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti huma murija fit-tabella kif ġej:

Skejjel Sekondarji
Studenti
Total ta' Studenti
Għalliema
Subien
Bniet
Statali
621
649
1270
35 + 3 HODs*
tal-Knisja
903
743
1646
21
Indipendenti
117
126
243
3

*35 Għalliem u 3 Kap ta’ Dipartiment (HoDs) li jkollhom nofs il-load bħala teaching

Seduta  480
08/02/2017

LINGWA FRANĊIŻA - TAGĦLIM





 
30202. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li huma reġistrati sabiex jitgħallmu l-lingwa Franċiża tul din is-sena akkademika fl-iskejjel sekondarji ta’ pajjiżna?  Jista’ jindika s-sess tal-istudenti? Jista’ jgħid kemm hawn għalliema reġistrati li kapaċi jgħallmu din il-lingwa?

23/01/2017

 
  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istudenti li huma reġistrati sabiex jitgħallmu l-lingwa Franċiża tul din is-sena akkademika u l-għalliema reġistrati li kapaċi jgħallmu din il-lingwa fl-iskejjel sekondarji tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti huma murija fit-tabella kif ġej:


Skejjel Sekondarji
Studenti
Total ta' Studenti
Għalliema
Subien
Bniet
Statali
704
1187
1891
60 + 5 HODs*
tal-Knisja
2283
2117
4400
45
Indipendenti
929
840
1769
11

*60 Għalliem u 5 Kap ta’ Dipartiment (HoDs) li jkollhom nofs il-load bħala teaching

Seduta  479
07/02/2017

KANA

1. Wieħed mill-aktar angoli interessanti tat-Testment il-Ġdid huwa li t-tagħlim ma huwiex wieħed għarwien. Imdaħħal bħal xi preċetti jew avv...