9.2.17

LINGWA FRANĊIŻA - TAGĦLIM





 
30202. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li huma reġistrati sabiex jitgħallmu l-lingwa Franċiża tul din is-sena akkademika fl-iskejjel sekondarji ta’ pajjiżna?  Jista’ jindika s-sess tal-istudenti? Jista’ jgħid kemm hawn għalliema reġistrati li kapaċi jgħallmu din il-lingwa?

23/01/2017

 
  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istudenti li huma reġistrati sabiex jitgħallmu l-lingwa Franċiża tul din is-sena akkademika u l-għalliema reġistrati li kapaċi jgħallmu din il-lingwa fl-iskejjel sekondarji tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti huma murija fit-tabella kif ġej:


Skejjel Sekondarji
Studenti
Total ta' Studenti
Għalliema
Subien
Bniet
Statali
704
1187
1891
60 + 5 HODs*
tal-Knisja
2283
2117
4400
45
Indipendenti
929
840
1769
11

*60 Għalliem u 5 Kap ta’ Dipartiment (HoDs) li jkollhom nofs il-load bħala teaching

Seduta  479
07/02/2017

LINGWA TALJANA - TAGĦLIM





 
30201. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li huma reġistrati sabiex jitgħallmu l-lingwa Taljana tul din is-sena akkademika,fl-iskejjel sekondarji ta’ pajjiżna? Jista’ jindika s-sess tal-istudenti? Jista’ jgħid kemm hawn għalliema reġistrati li kapaċi jgħallmu din il-lingwa?

23/01/2017

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istudenti li huma reġistrati sabiex jitgħallmu l-lingwa Taljana tul din is-sena akkademika u l-għalliema reġistrati li kapaċi jgħallmu din il-lingwa fl-iskejjel sekondarji tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti huma murija fit-tabella kif ġej:

Skejjel Sekondarji
Studenti
Total ta' Studenti
Għalliema
Subien
Bniet
Statali
3221
2937
6158
105 + 7 HODs*
tal-Knisja
3179
2826
6005
61
Indipendenti
940
773
1713
18

*105 Għalliem u 7 Kap ta’ Dipartiment (HoDs) li jkollhom nofs il-load bħala teaching

Seduta  479
07/02/2017

RAĦAL ĠDID – PERSUNI LI BBENEFIKAW MILL-ISKEMA IN-WORK BENEFIT


 
30200. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li jgħixu Raħal Ġdid li effettivament bbenefikaw mill-hekk imsejħa In-Work Benefit tul is-sena li għaddiet? Jista’ jindika s-sess?

23/01/2017

  ONOR. MICHAEL FARRUGIA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, in-numru ta’ persuni li jgħixu Raħal Ġdid u li bbenefikaw mill-In work Benefit matul is-sena 2016 kien ta’ 47, li minnhom kien hemm 22 raġel u 25 mara.

Seduta  479
07/02/2017

ĦAL TARXIEN – PERSUNI LI BBENEFIKAW MILL-ISKEMA IN-WORK BENEFIT


 
30199. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li jgħixu Ħal Tarxien li effettivament bbenefikaw mill-hekk imsejħa In-Work Benefit tul is-sena li għaddiet? Jista’ jindika s-sess?

23/01/2017

  ONOR. MICHAEL FARRUGIA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li, in-numru ta’ persuni li jgħixu Ħal Tarxien u li bbenefikaw mill-In work Benefit matul is-sena 2016 kien ta’ 60, li minnhom kien hemm 24 raġel u 36 mara.

Seduta  479
07/02/2017

IL-FGURA – PERSUNI LI BBENEFIKAW MILL-ISKEMA IN-WORK BENEFIT


 
30198. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li jgħixu l-Fgura li effettivament bbenefikaw mill-hekk imsejħa In-Work Benefit tul is-sena li għaddiet? Jista’ jindika s-sess?

23/01/2017

  ONOR. MICHAEL FARRUGIA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li, in-numru ta’ persuni li jgħixu l-Fgura u li bbenefikaw mill-In work Benefit matul is-sena 2016 kien ta’ 95, li minnhom kien hemm 52 raġel u 43 mara.

Seduta  479
07/02/2017

KANA

1. Wieħed mill-aktar angoli interessanti tat-Testment il-Ġdid huwa li t-tagħlim ma huwiex wieħed għarwien. Imdaħħal bħal xi preċetti jew avv...