9.2.17

PERSUNI LI BBENEFIKAW MILL-ISKEMA IN-WORK BENEFIT.


 
30197. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li effettivament bbenefikaw mill-hekk imsejħa In-Work Benefit tul is-sena li għaddiet? Jista’ jindika s-sess u l-ispiża totali ta’ dan il-ħlas?

23/01/2017

  ONOR. MICHAEL FARRUGIA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li, matul is-sena li għaddiet kien hemm total ta’ 2,181 persuna li bbenifikaw mill-In Work Benefit li minnhom kien hemm 1,151 raġel u 1,030 mara.

In-nefqa totali matul is-sena 2016 kienet ta’ €2,346,388.03.

Seduta  479
07/02/2017

7.2.17

LINGWA ĠAPPUNIŻA - TAGĦLIM.


 
30196. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li huma reġistrati sabiex jitgħallmu l-lingwa Ġappuniża tul din is-sena akkademika,fl-iskejjel sekondarji ta’ pajjiżna?  Jista’ jindika s-sess tal-istudenti? Jista’ jgħid kemm hawn għalliema reġistrati li kapaċi jgħallmu din il-lingwa?

23/01/2017

  ONOR. EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li m’hemm l-ebda studenti li huma reġistrati sabiex jitgħallmu l-lingwa Ġappuniża tul din is-sena skolastika fl-iskejjel sekondarji tal-Istat, tal-Knisja kif ukoll Indipendenti u m’hemm l-ebda għalliema reġistrati li jistgħu jgħallmu din il-lingwa.


Seduta  478
06/02/2017

LINGWA RUSSA - TAGĦLIM


 
30195. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li huma reġistrati sabiex jitgħallmu l-lingwa Russa tul din is-sena akkademika, fl-iskejjel sekondarji ta’ pajjiżna? Jista’ jindika s-sess tal-istudenti? Jista’ jgħid kemm hawn għalliema reġistrati li kapaċi jgħallmu din il-lingwa?

23/01/2017

  ONOR. EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fl-iskejjel tal-Istat, tul din is-sena skolastika, m’hemm l-ebda student li qed jistudja r-Russu u m’hemm l-ebda għalliem li huwa reġistrat li jista’ jgħallem dan is-suġġett.

Rigward l-iskejjel sekondarji tal-Knisja u Indipendenti, infurmat li l-għadd ta' studenti li huma reġistrati sabiex jitgħallmu l-lingwa Russa tul din is-sena akkademika u l-għalliema reġistrati li kapaċi jgħallmu huma murija fit-tabella kif ġej:

Tip
Studenti
Total ta' Studenti
Għalliema
Subien
Bniet
Knisja
0
1
1
1
Indipendenti
16
13
29
1


Seduta  478
06/02/2017

ĦAL GĦAXAQ – PERSUNI LI JIEĦDU PENSJONI


 
30194. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni li huma reġistrati li jgħixu Ħal Għaxaq, kienu qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni u jista’ jindika kemm kien hemm li qed jirċievu pensjoni taħt is-somma ta’ €500 fix-xahar sal-aħħar tas-sena 2016 u jistax jindika dan kategorija b’kategorija, kif ukoll maqsuma skont is-sess?

23/01/2017

  ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu hija skont kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Seduta  478
06/02/2017

ĦAL GĦAXAQ – PERSUNI LI BBENEFIKAW MILL-ISKEMA IN-WORK BENEFIT


 
30193. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li jgħixu Ħal Għaxaq li effettivament bbenefikaw mill-hekk imsejħa In-Work Benefit tul is-sena li għaddiet? Jista’ jindika s-sess?

23/01/2017

  ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ persuni li jgħixu Ħal Għaxaq u li bbenefikaw mill-In work Benefit matul is-sena 2016 kien ta’ 41, li minnhom kien hemm 24 raġel u 17-il mara.

Seduta  478
06/02/2017

KANA

1. Wieħed mill-aktar angoli interessanti tat-Testment il-Ġdid huwa li t-tagħlim ma huwiex wieħed għarwien. Imdaħħal bħal xi preċetti jew avv...