3.2.17

LAQGĦAT TAL-PRESIDENZA TAL-UNJONI EWROPEA PRESEDUTA MILL-MINISTRU


 
30189. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili: Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il laqgħa se tiġi preseduta minnha tul il-Presidenza tal-Unjoni Ewropea? Kemm minnhom se jsiru f’pajjiżna u kemm barra? Tista’ tindika n-natura tagħhom?

23/01/2017

  ONOR. HELENA DALLI:  Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-laqgħat kollha li jaqgħu taħt l-Ministeru Għad-Djalogu Socjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Civili.

Seduta  477
01/02/2017

IL-FGURA – PERSUNI LI JIEĦDU PENSJONI





 
30188. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni li huma reġistrati li jgħixu l-Fgura kienu qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni u jista’ jindika kemm kien hemm li qed jirċievu pensjoni taħt is-somma ta’ €500 fix-xahar sal-aħħar tas-sena 2016 u jistax jindika dan kategorija b’kategorija, kif ukoll maqsuma skont is-sess?

23/01/2017

  ONOR. MICHAEL FARRUGIA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba minnu hija skont kif tidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Seduta  477
01/02/2017

MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL – ĦADDIEMA INGAĠĠATI IN VISTA TAL-PRESIDENZA TAL-UNJONI EWROPEA





 
30187. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew jew se jiġu impjegati u ngaġġati persuni ġodda mill-Ministeru u mid-dekasteri varji li jaqgħu taħtu, in vista tal-Presidenza tal-Unjoni Ewropea? Jista’ jindika wkoll il-kategoriji u l-iskali rispettivi tagħhom?

23/01/2017

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li fid-Direttorat tal-Affarijiet tal-UE u r-Relazzjonijiet Internazzjonali, Riċerka u Żvilupp tal-Politiki fi ħdan il-Ministeru tiegħi ġew ingaġġati żewġ persuni bħala EU Presidency Support Officers. L-iskala ta’ dawn il-persuni hija skala 9.

Seduta  477
01/02/2017

MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL – IMPJEGATI


 
30186. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati u ngaġġati persuni mill-Ministeru u mid-dikasteri varji li jaqgħtu taħtu, tul is-sena 2016?

23/01/2017

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li l-għadd ta’ persuni li ġew impjegati mill-Ministeru u d-Direttorati/Dipartimenti li jaqgħu taħt dan il-Ministeru tul is-sena 2016 kien ta’ 657 li minnhom 566 jaħdmu fil-qasam edukattiv fl-iskejjel u 31 fil-qasam tal-edukazzjoni għall-adulti. Fl-istess sena kien hemm 448 persuna li temmew l-impjieg tagħhom minn mad-Direttorati/Dipartimenti.

Seduta  477
01/02/2017

PRESIDENZA TAL-UNJONI EWROPEA – MIRI TAL-MINISTERU


 
30185. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid x’se jkunu l-miri tal-Ministeru tul il-Presidenza tal-Unjoni Ewropea?

23/01/2017

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ngħarraf lil-Onor. Interpellant li l-informazzjoni dwar il-miri tal-Ministeru tiegħi tul il-Presidenza tal-Unjoni Ewropea qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Seduta  477
01/02/2017

KWISTJONI TA' DINJITA

1. Bħalissa l-aġenda tad-dinja hija mimlija b’tip, metodu ta’ politika barranija li m’aħniex imdorrijin biha. Konfrontattiva flok ibba...