12.1.17

BORMLA – TRIQ IL-MITĦNA – TISWIJIET FIL-ĦITAN


 
29410. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jara li jsiru t-tiswijiet neċessarji fil-ħitan ta’ barra tal-mitħna li tinsab f’Triq il-Mitħna Bormla billi hemm tmermir evidenti fl-estern?

30/12/2016

  ONOR. JOE MIZZI:  Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Seduta  467
10/01/2017

FGURA – TRIQ HOMPESH – BUS STOP SHELTERS


 
29409. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba ż-żewġ bus stop shelters li jinsabu fl-aħħar tat-Triq Hompesch, Fgura humiex sejrin isiru tul din is-sena issa li ġew ppubblikati r-Request for Proposals?

30/12/2016

  ONOR. JOE MIZZI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-programm hekk kif ser ikunu qegħdin jiġu stallati dawn il-bus shelters ikun stabbilit ġaladarba jiġi identifikat il-kuntrattur il-ġdid u dan wara li issir l-aġġudikazzjoni tar-Request For Proposals.

Seduta  467
10/01/2017

10.1.17

MONTE DI PIETÀ – DEHEB DEPOŻITAT TAĦT L-ISKEMA TA’ RAHAN F’IDEJN IL-GVERN


 
29408. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm deheb depożitat taħt l-iskema ta’ rahan f’idejn il-Gvern fil-Monte di Pietà sal-aħħar ta’ Diċembru 2016 u jista’ jinforma lill-Kamra liema huwa l-ixjeħ rahan li għadu veljanti u li ma nġabarx?

30/12/2016

  ONOR. EDWARD SCICLUNA:  Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li sal-31  ta’  Diċembru 2016 kien hemm 3,081 depożitu ta’ deheb depożitat taħt l-iskema ta’ rahan f’idejn il-Gvern fil-Monte di Pietà u l-ixjeħ depożitu ta’ rahan li għadu ma nġabarx ilu depożitat mill-1981.

Seduta  466
09/01/2017

ŻGĦAŻAGĦ REĠISTRATI BĦALA NEET.


 
29407. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm żgħażagħ li skont l-eżerċizzju li kellu jsir f’Novembru 2016 jinsabu reġistrati bħala NEET (Not in Education, Employment or Training)?

30/12/2016

 

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-eżerċizzju li sar jidher li hemm 6738 żgħażugħ/a bejn il-15 u l-24 sena li mhux qed jidhru fix-xogħol jew fl-edukazzjoni. Madankollu hekk kif ħareġ ukoll miċ-Ċensiment taż-Żgħażagħ, din iċ-ċifra ma tinkludix informazzjoni dwar żgħażagħ li jkunu bdew jaħdmu imma l-formola tal-bidu tal-impjieg ma tkunx għadha waslet għand il-Jobsplus, żgħażagħ li qegħdin jistudjaw f’istituzzjoni privata, żgħażagħ li qed jieħdu sehem f’xi skema, żgħażagħ li qegħdin jaħdmu barra minn Malta, u żgħażagħ li għażlu li jagħmlu xogħol fil-volontarjat kemm f’Malta kif ukoll barra minn pajjiżna.  

Seduta  466
09/01/2017

EU NATIONALS LI QEGĦDIN JIRREĠISTRAW GĦAX-XOGĦOL F’PAJJIŻNA


 
29406. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm persuni li huma reġistrati bħala EU Nationals li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol f’pajjiżna sal-aħħar ta’ Diċembru 2016? Jista’ jindika wkoll dettaljatament ta’ liema nazzjonalità huma?

30/12/2016

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li n-numru ta’ EU Nationals li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol f’pajjiżna sal-aħħar ta’ Novembru 2016 (l-aħħar ċifri ppublikati) kien ta’ 106 persuni.  Rigward ta’ liema nazzjonalità huma, l-informazzjoni hi kif se nsemmi:

EU  Nationals
Nazzjonalità
Total
EU National
Awstrija
1

Belġju
1

Bulgarija
7

Repubblika Ċeka
1

Danmarka
2

Franza
12

Ġermanja
3

Greċja
2

Ungerija
3

Irlanda
1

Italja
25

Polonja
5

Portugal
1

Rumanija
5

Spanja
13

Renju Unit
22
EEA & EFTA
Svizzera
1
Dipendenti  fuq l-EU Nationals
Ukrajna
1
Total
106


Seduta  466
09/01/2017

ĦAL TARXIEN/RAĦAL ĠDID – TRIQ NAZZARENU – XOGĦLIJIET

35817. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet...