1.11.16

EU DISPOSAL OF PPE - JOBSPLUS


27400. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Mir-rapport annwali tal-ETC, illum Jobsplus, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra u jagħti spjegazzjoni li jħoss neċessarju dwar dak li ġie indikat bħala loss (gain) tal-EU Disposal of PPE li fis-sena 2015 intefqu €119,581 mentri fl-2014 kien hemm dħul ta’ €4,161?

18/08/2016

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-ammont imsemmi huwa dwar disposal tal-infiq li sar fuq infrastruttura ta’ binjiet li Jobsplus kienet għamlet iżda li m’għadhomx jintużaw u li ma ġewx diprezzati kollha.

Seduta  437
27/10/2016

JOBSPLUS – CALL CENTRE EXPENSES.






27399. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra għalfejn fis-sena 2015 il-korporazzjoni ETC, illum Jobsplus, nefqet is-somma ta’ €93,181 f’Call Centre expenses? Jista’ jinforma jekk saritx sejħa pubblika għal dan il-kuntratt?

18/08/2016

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-kuntratt tal-call centre ġie outsourced. Dan il-kuntratt ingħata b’direct order.

Seduta  437
27/10/2016

PENSJONANTI LI KELLHOM DĦUL INQAS MINN €500 FIX-XAHAR





27398. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti li d-dħul tagħhom kien ta’ inqas minn €500 fix-xahar, sal-aħħar ta’ Ġunju 2016?

18/08/2016

  ONOR. MICHAEL FARRUGIA:  Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, b’żieda ma’ dak li tajt bħala risposta għal tweġiba parlamentari numru 27391, in-numru ta’ pensjonanti li d-dħul tagħhom mill-pensjoni jew pensjonijiet imma eskluż kull dħul ieħor, kien ta’ inqas minn €500, din id-darba iżda inkluż ukoll il-pensjoni mhux kontributorja u pensjoni mhux kontributorja (Pensjoni tas-Servizz), huwa kif ġej:

Tip ta' Pensjoni
Numru ta' Pensjonanti
Pensjoni Kontributorja
9,162
Pensjoni Kontributorja (Pensjoni tas-Servizz)
7,194*
Pensjoni Mhux Kontributorja
7,354
Pensjoni Mhux Kontributorja (Pensjoni tas-Servizz)
30*
Total
23,740
* Ibbażat fuq il-Pensjoni tas-Sigurta’ Soċjali biss

Huwa importanti li tali statistika ma tiġix interpretata strettament f’termini taċ-ċifri mogħtija.

Il-persuni msemmija fuq jista’ jkun li għandhom benefiċċji oħra bħall-Ghajnuna Supplimentari,  Benefiċċju tal-Enerġija, Għajnuna Medika u l-Karta r-Roża li mhux ikkalkulati fid-dħul għall-fini tal-istatistika mitluba.

Fil-każ tas-7,194 persuna kkwotati fuq, li għandhom pensjoni tas-servizz, aktarx li dawn, meta tgħodd iż-żewġ pensjonijiet tagħhom, jaqbżu sew il­-€500 fix-xahar.

L-istatistika pprovduta tinkludi ukoll każijiet fejn koppja miżżewġa, bejniethom ikollhom aktar minn €500 fix-xahar, iżda statistikament ikunu qegħdin jidhru bħala żewġ persuni individwali b’pensjoni ta’ anqas minn €500 fix-xahar. 

Iċ-ċifri mogħtija jinkludu wkoll nisa (jew ukoll irġiel f’xi każi) fejn żwieġhom (jew marthom) għandhom pensjoni li hi ogħla minn €500 fix-xahar u allura anke f’dawn il-każijiet, bejniethom ikollhom ħafna aktar minn €500 fix-xahar, iżda statistikament wieħed jew waħda mill-koppja ikunu qed jidhru bħala persuna individwali b’pensjoni ta’ anqas minn €500 fix-xahar.

Seduta  437
27/10/2016

JOBSPLUS – NEFQA FIL-PUSTAĠĠ U T-TELEKOMUNIKAZZJONI




27397. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra għalfejn kien hemm żieda fil-pustaġġ u t-telekomunikazzjoni fin-nefqa mill-korporazzjoni ETC illum Jobsplus bejn is-sena 2014 u s-sena 2015?

18/08/2016

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ż-żieda fin-nefqa hija attribwita għall-eżerċizzju ta’ tindif ta’ data li qed tagħmel Jobsplus. Eżerċizzju ta’ dan it-tip ilu snin ma jsir u għaldaqstant huwa meħtieġ sabiex tinħareġ data korretta. Infurmat li proċess bħal dan jirrekjedi spejjeż konsiderevoli.

Seduta  437
27/10/2016

KAŻIJIET TA’ VJOLENZA DOMESTIKA PSIKOLOĠIKA


 
27396. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm każijiet ta’ vjolenza domestika psikoloġika li ġew investigati u kemm persuni tressqu l-Qorti fis-sena 2015?

18/08/2016

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li matul is-sena 2015 kien hemm ħames mija u erba’ u ħamsin (554) każ ta’ vjolenza domestika psikoloġika li ġew irrapurtati u investigati mill-pulizija. Fil-kazijiet kollha fejn irriżulta ksur tal-liġijiet relatati, il-persuni responsabbli dejjem jitressqu l-Qorti.  Ma tinżamx sistema ta’ data elettronika ta’ kemm minn dawn il-każijiet, tressqu diġa.

Seduta  437
27/10/2016

KWISTJONI TA' DINJITA

1. Bħalissa l-aġenda tad-dinja hija mimlija b’tip, metodu ta’ politika barranija li m’aħniex imdorrijin biha. Konfrontattiva flok ibba...