6.7.15

BORMLA – TRIQ IL-PELLIGRINAĠĠ – DJAR TA’ ABITAZZJONI PROPRJETÀ TAL-GVERN.





17140. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm djar ta’ abitazzjoni proprjetà tal-Gvern mikrija b’titolu ta’ kera fi Triq il-Pelligrinaġġ, Bormla li fihom ħsarat strutturali u li hemm il-ħtieġa li jinbidel is-saqaf tagħhom?

16/06/2015

  ONOR. MICHAEL FARRUGIA:  Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, minn informazzjoni li għandha l-Awtorita’ tad-Djar dwar talbiet għal tiswijiet li rċeviet mingħand inkwilini li jgħixu fl-appartamenti tal-Gvern fit-Triq il-Pellegrinaġġ ġewwa Bormla, hemm 4 talbiet pendenti għal tiswijiet f’gallariji u rapport wieħed dwar ħsarat fis-saqaf ta’ appartament. Għandha ssir spezzjoni minn uffiċjali tekniċi tal-Awtorita’ tad-Djar biex jaraw x’tiswijiet hemm bżonn isiru.

Seduta  283
01/07/2015

BORMLA – TRIQ MATTY GRIMA – ART TAŻ-ŻONQOR






17139. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Prim Ministru: Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba l-art taż-żonqor li kien hemm fiTriq Matty Grima f’Bormla u li nqagħlet fuq xogħlijiet tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma taħt l-inkarigu tal-Kunsill Lokali ta’ Bormla tqegħditx  taħt id-direzzjoni tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

16/06/2015

  ONOR. JOSEPH MUSCAT:  B’referenza ghal mistoqsija parlamentari 17139, nixtieq ninforma l-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fi Triq Matty Grima, Bormla huma koperti b' permess ta' Transport Malta trenching permit ( numru RWP1-74/15 li jikkonsisti f 'Water Main; House Services; Paving of Road; Servic Duct Works’. Dan il-permess ħareġ b'kondizzjoni li jsegwi t-termini u l-kundizzjonijiet f'permess ieħor numru PA1685/10 - Proposal :-Restoration and partial replacement of hardstone to existing street.

Il-MEPA qed tagħmel 'monitoring' tax-xogħlijiet.

Seduta  283
01/07/2015

BORMLA – TRIQ MATTY GRIMA – ART TAŻ-ŻONQOR.





17138. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba l-art taż-żonqor li kien hemm fi Triq Matty Grima f’Bormla u li nqagħlet fuq xogħlijiet tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma taħt l-inkarigu tal-Kunsill Lokali ta’ Bormla tqegħditx f’post adegwat biex terġa’ titqiegħed f’postha?

16/06/2015

  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Bormla li l-pavimentar li kien hemm fi Triq Matty Grima qed jinżamm fil-bitħa tal-Kunsill Lokali. Ħaddiema tal-Projects Implementation Directoratemat-Taqsima tax-Xogħlijiet Pubbliċi, li qed timplimenta l-proġett bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali, qed inaddfu dan il-pavimentar mill-asphalt biex jerġa jitqiegħed fejn kien qabel. It-tqegħid ta’ dan il-pavimentar mistenni jibda fl-ewwel ġimgħa ta’ Lulju.

Seduta  283
01/07/2015

FORTI SANT’ IERMU U L-MUŻEW NAZZJONALI TAL-GWERRA - VIŻITATURI





17137. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni li ħalsu biex daħlu jaraw Forti Sant’ Iermu u l-Mużew Nazzjonali tal-Gwerra tul is-sena 2014 u jista’ jindika jekk kienx hemm żjarat minntfal tal-iskola u jekk iva, kemm kien hemm żjarat? Kemm kien hemmżjarat minn skejjel primarji u kemm minn skejjel sekondarji?

16/06/2015

  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li sal-21 ta’ Settembru fl-2014, meta ngħalaq għall-pubbliku minħabba l-proġett ta’ Sant Iermu,  kien hemm 41,917 persuna li żaru l-Mużew Nazzjonali tal-Gwerra bi ħlas, kif inhu elenkat fir-Rapport Annwali 2014 ta’ Heritage Malta li jinsab fis-sit elettroniku ta’ Heritage Malta www.heritagemalta.org.
Matul l-istess sena kien hemm 3 żjarat organizzati minn tfal tal-iskola. B’kollox ġew 69 student minn skejjel primarji u 56 oħra minn skejjel sekondarji.

Kif żgur jaf tajjeb l-Onor Interpellant il-Forti Sant Iermu kien magħluq għall-pubbliku sa Mejju ta’ din is-sena minħabba l-proġett tal-ERDF u għalhekk it-tweġiba ghall-mistoqsija parlamentari tiegħu trid bilfors tkun parzjali.

Seduta  283
01/07/2015

PULIZIJA - TRAFFIC TICKETS.





17136. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13790 u jgħid kemm ingħataw traffic tickets mill-Korp tal-Pulizija tul s-snin 2013 u 2014? Jistgħu dawn jinqasmu dettaljatament?

16/06/2015

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2013 kien hemm 81,816 ċitazzjoni jew ticket maħruġa fuq offiżi relatati  mat-traffiku. Fis-sena 2014 l-ammont kien ta’ 72,027.  Dettalji qed jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra.

Seduta  283
01/07/2015

ĦAL TARXIEN/RAĦAL ĠDID – TRIQ NAZZARENU – XOGĦLIJIET

35817. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet...