20.4.21

RIFUŻJONI FUQ IL-VAT

 

17568. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta’ flus li kellhom jiġu mħallsa lura f’rifużjoni fuq il-VAT sal-aħħar ta’ Settembru 2020 u kemm tħallsu sal-aħħar ta’ Novembru 2020?

 30/11/2020

 

ONOR. CLYDE CARUANA:  Ninforma lill-Onorevoli Membru li minn Jannar 2020 sa Settembru 2020 saru Ewro 250,997,179.07 f’talbiet għal rifuzjoni fuq il-VAT, li minnhom tħallsu Ewro 204,314,672.83 sa l-aħħar ta’ Novembru 2020.

L-ammont f’talbiet mhux imħallsa jirrizulta minn talbiet li għadhom ma mmaturawx, kif ukoll talbiet mizmuma għal diversi raġunijiet, bħal ordnijiet ta’ ffrizar u mandati kawtelatorji tal-qorti, nuqqas ta’ sottomissjoni fil-ħin ta’ denunzji dwar taxxa, talbiet pendenti għal korrezzjoni ta’ denunzji jew oġġezzjoni għal stimi, investigazzjoni jew verifika ta’ talbiet għal rifuzjoni, nuqqas ta’ dettalji provduti dwar kontijiet bankarji fejn isir ħlas ta’ rifuzjoni, u talbiet li ma jeċċedux l-ammont minimu ta’ rifuzjoni.

It-talbiet għal rifuzjoni fil-perjodu msemmi, kif ukoll il-ħlasijiet rilevanti, saru fil-kuntest tal-ambjent diffiċli għan-negozju u għad-dħul tal-Gvern, kawza tal-pandemija COVID-19.

 

Seduta  410

14/12/2020

RAĦAL ĠDID – SKEJJEL PRIMARJI – STUDENTI REĠISTRATI

17567. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni: Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm studenti reġistrati fl-Iskejjel Primarji f’Raħal Ġdid għas-sena akkademika 2020/2021 u kemm kien hemm għalliema fl-istess skola?

 

30/11/2020

 

  ONOR. JUSTYNE CARUANA:  Ninsab infurmata li fl-iskola primarja ta’ Raħal Ġdid hemm 28 Għalliem u 12-il Kindergarten Educator. In-numru ta’ studenti huwa 320 fil-Primarja u 118 fil-Kinder.

 

Seduta  410

14/12/2020

 

ĦAL GĦAXAQ – LIBRERIJA PUBBLIKA - KOTBA

  

 

17566. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba jew ingħataw b’donazzjoni lil-librerija pubblika ta’ Ħal Għaxaq tul din is-sena? Jista’ jgħid kemm ġew mislufa kotba?

 

30/11/2020

 

ONOR. JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi il-librerija ta’ Ħal Għaxaq akkwistat 468 ktieb din is-sena f’xiri u donazzjonijiet.  1,893 ktieb ġew mislufa minn din il-librerija.

 

Seduta 410

14/12/2020

KORP DIPLOMATIKU – PERSUNI LI RTIRAW U LI RRIŻENJAW

17565. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni fil-Korp Diplomatiku ta’ pajjiżna tul din is-sena 2020? Jista’ jgħid kemm irtiraw u kemm irriżenjaw minnhom?

 30/11/2020

 

ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat illi, fil-Korp Diplomatiku hemm 122 persuna. Matul is-sena 2020 irriżenjaw 2 mill-Korp Diplomatiku u l-ebda uffiċjal ma rtira.

 

Seduta  410

14/12/2020

PERSUNI LI RRIŻENJAW, IRTIRAW JEW TKEĊĊEW MIS-SERVIZZ PUBBLIKU

 

 

 

17564. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Prm Ministru: Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm persuni rriżenjaw, irtiraw jew tkeċċew mis-Servizz Pubbliku tul din is-sena sal-aħħar ta’ Novembru 2020?

 

30/11/2020

 

  ONOR. ROBERT ABELA:  Ninsab infurmat li bejn Jannar sal-aħħar ta’ Novembru 2020, 310 rriżenjaw, 346 irtiraw u 7 tkeċċew mis-Servizz Pubbliku.

 

Seduta  410

14/12/2020

IŻ-ŻEJTUN – LIBRERIJA PUBBLIKA - KOTBA

 

 

17563. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba jew ingħataw b’donazzjoni lil-librerija pubblika taż-Żejtun tul din is-sena? Jista’ jgħid kemm ġew mislufa kotba?

 

30/11/2020

 

ONOR. JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi il-librerija taż-Żejtun akkwistat 285 ktieb din is-sena f’xiri u donazzjonijiet.  852 ktieb ġew mislufa minn din il-librerija.

 

Seduta 410

14/12/2020

15.4.21

IL-GUDJA – SKOLA PRIMARJA – STUDENTI REĠISTRATI

 

 

 

17574. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni: Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm studenti reġistrati fl-Iskola Primarja fil-Gudja għas-sena akkademika 2020/2021 u kemm kien hemm għalliema fl-istess skola?

 

30/11/2020

 

  ONOR. JUSTYNE CARUANA:  Ninsab infurmata li fl-Iskola Primarja tal-Gudja hemm 8 Għalliema u 5 Kindergarten Educators. In-numru ta’ studenti huwa 89 fil-Primarja u 51 fil-Kinder.

 

Seduta  411

15/12/2020

AMBAXXATA F’SAO PAULO FIL-BRAŻIL

17573. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-Ambaxxata li ġiet proposta li tinfetaħ fl-Amerika Latina ser tkun f’Sao Paulo fil-Brażil?

 

30/11/2020

 

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li dan il-Ministeru qed jaħdem biex l- Ambaxxata li ser  tiftaħ fil-Brażil, se tkun fil-belt kapitali, Brasília.

 

Seduta  411

15/12/2020

IL-FGURA – SKEJJEL PRIMARJI – STUDENTI REĠISTRATI

  

 

17572. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni: Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm studenti reġistrati fl-Iskejjel Primarji fil-Fgura għas-sena akkademika 2020/2021 u kemm kien hemm għalliema fl-istess skola?

 

30/11/2020

 

  ONOR. JUSTYNE CARUANA:  Ninsab infurmata li fl-Iskejjel Primarji A u B tal-Fgura hemm 39 Għalliema u 21 Kindergarten Educators. In-numru ta’ studenti huwa 579 fil-Primarji u 235 fil-Kinder.

 

Seduta  411

15/12/2020

RIFUŻJONI FUQ L-INCOME TAX

17571. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta’ flus li kellhom jiġu mħallsa lura f’rifużjoni fuq l-Income Tax sal-aħħar ta’ Settembru 2020 u kemm tħallsu sal-aħħar ta’ Novembru 2020?

 

30/11/2020

 

  ONOR. CLYDE CARUANA:  Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta’ rifuzjoni fuq l-Income Tax, lokalment dovut, li kellu jiġi mħallas sa l-aħħar ta’ Settembru 2020, kien ta’ Ewro 85,851,724.65, li minnhom tħallsu Ewro 81,005,789.06 sa l-aħħar ta’ Novembru 2020.

Dan fid-dawl tal-ambjent diffiċli għat-taxpayers u għad-dħul tal-Gvern, kawza tal-pandemija COVID-19.

 

Seduta  411

15/12/2020

EUROPEAN ASYLUM SUPPORT OFFICE - INIZJATTIVI MILL-MINISTERU

 

 

17570. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 10390, jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-rifużjoni inkwistjoni ġietx imħallsa?

 

30/11/2020

 

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat interpellant it-talba għar-rifuzjoni tinsab fl-aħħar stadju ta’pprocessar mid-Dipartiment tal-VAT qabel tintbgħat lid-Dipartiment tat-Teżor sabiex isir il-ħlas.

 

Seduta  411

15/12/2020

MARSAXLOKK – LIBRERIJA PUBBLIKA - KOTBA

 

 

17569. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba jew ingħataw b’donazzjoni lil-librerija pubblika ta’ Marsaxlokk tul din is-sena? Jista’ jgħid kemm ġew mislufa kotba?

 

30/11/2020

 

  ONOR. JOSÈ HERRERA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-librerija ta’ Marsaxlokk akkwistat 316 ktieb din is-sena f’xiri u donazzjonijiet.  3,159 ktieb ġew mislufa minn din il-librerija.

 

Seduta  411

15/12/2020

13.4.21

PERSUNI LI RRIŻENJAW, IRTIRAW JEW TKEĊĊEW MIS-SERVIZZ PUBBLIKU

17562. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Prim Ministru: Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm persuni rriżenjaw, irtiraw jew tkeċċew mis-Servizz Pubbliku tul is-sena 2019?

 

30/11/2020

 

  ONOR. ROBERT ABELA:  Filwaqt li nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 15342 li kienet saret minnu stess, ninsab nfurmat ukoll li kien hemm 468 persuna li rtiraw mis-Servizz Pubbliku fl-2019.

 

Seduta  409

09/12/2020

WIED IL-GĦAJN – LIBRERIJA PUBBLIKA - KOTBA

 17561. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba jew ingħataw b’donazzjoni lil-librerija pubblika ta’ Wied il-Għajn tul din is-sena? Jista’ jgħid kemm ġew mislufa kotba?

 

30/11/2020

 

  ONOR. JOSÈ HERRERA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi il-librerija ta’ Wied il-Għajn akkwistat 464 ktieb din is-sena f’xiri u donazzjonijiet.  1,382 ktieb ġew mislufa minn din il-librerija.

 

Seduta  409

09/12/2020

SKOLA SEKONDARJA TA’ SANTA LUĊIJA – STUDENTI REĠISTRATI

17560. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni: Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm studenti reġistrati fl-Iskola Sekondarja ta’ Santa Luċija (Malta) għas-sena akkademika 2020/2021 u kemm kien hemm għalliema fl-istess skola?

 30/11/2020

 

ONOR. JUSTYNE CARUANA:  Ninsab infurmata li fl-Iskola Sekondarja ta’ Santa Luċija hemm 78 Għalliema filwaqt li n-numru ta’ studenti (Year 9 sa Year 11) huwa ta’ 432.

 

Seduta  409

09/12/2020

 

PERSUNI LI QED JIRĊIEVU L-PENSJONI

17559. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni kienu qed jirċievu pensjoni sal-aħħar ta’ Ottubru 2020 u kemm applikaw għaliha minn Jannar sal-aħħar ta’ Novembru 2020?

 

30/11/2020

 

 ONOR. MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’ seduta oħra.

 

Seduta  409

09/12/2020

 

ŻEJTUN, MARSAXLOKK, WIED IL-GĦAJN U ĦAL GĦAXAQ – PERSUNI LI JAĦDMU PART-TIME

 

 

17558. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati li qed jaħdmu part-time f’Ottubru 2020 li jgħixu ż-Żejtun, Marsaxlokk, Wied il-Għajn u Ħal Għaxaq? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm rġiel u dan kollettivament u skont il-lokalità rispettiva?

 

30/11/2020

 

  ONOR. CLYDE CARUANA:  Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li tabella li turi n-numru ta’ ħaddiema, nisa u rġiel, li qed jaħdmu part-time fl-aħħar ta' Jannar 2020 u li jgħixu z-Zejtun, Marsaxlokk, Wied il-Għajn u Ħal Għaxaq, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

L-aħħar ċifri ppubblikati huma ta’ Jannar 2020.

 

Seduta  409

09/12/2020

ĦAL TARXIEN – LIBRERIJA PUBBLIKA - KOTBA

17557. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba jew ingħataw b’donazzjoni lil-librerija pubblika ta’ Ħal Tarxen tul din is-sena? Jista’ jgħid kemm ġew mislufa kotba?

 30/11/2020

 

ONOR. JOSÈ HERRERA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi il-librerija ta’ Ħal Tarxien akkwistat 136 ktieb din is-sena f’xiri u donazzjonijiet.  195 ktieb ġew mislufa minn din il-librerija.

 

Seduta  409

09/12/2020

RAĦAL ĠDID, ĦAL TARXIEN, SANTA LUĊIJA, IL-GUDJA U L-FGURA - PERSUNI IRREĠISTRATI BĦALA PART-TIME

 

 

 

17556. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati li qed jaħdmu part-time f’Ottubru 2020 li jgħixu Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Santa Luċija, il-Gudja u l-Fgura? Jista’ jgħid  kemm kienu nisa u kemm rġiel u dan kollettivament u skont l-lokalità rispettiva?

 

27/11/2020

 

  ONOR. CLYDE CARUANA:  Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li tabella li turi n-numru ta’ ħaddiema, nisa u rġiel, li qed jaħdmu part-time fl-aħħar ta' Jannar 2020 u li jgħixu Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Santa Luċija, il-Gudja u l-Fgura, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

L-aħħar ċifri ppubblikati huma ta’ Jannar 2020.

 

Seduta  408

07/12/2020

 

SANTA LUĊIJA - SKOLA SEKONDARJA - XOGĦLIJIET

 

 

17555. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni: Tista’ l-Ministru tgħid x'xogħlijiet ta'  natura ordinarja u straordinarja saru tul din is-sena fl-iskola sekondarja ta’ Santa Lucija (Malta)?

 

27/11/2020

 

  ONOR. JUSTYNE CARUANA:  Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fl-Iskola Sekondarja ta' Santa Luċija, il-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada (FTS) bdiet il-proġett ta' bini tal-ewwel sala għall-iskola kif ukoll għall-faċilitajiet sportivi fuq ġewwa. 

 

Sadanittant, infurmata li tul din is-sena fl-iskola sekondarja saru dawn ix-xogħlijiet:

 

·              Żebgħa f’partijiet minn kurituri

·              Tiswija ta' pajpijiet tal-ilma

·              Tiswija tas-sistema ta’ drenaġġ

·              Tibjid ta' klassijiet

·              Tibjid ta’ turġien mad-dawra tal-iskola

·              Kamra b'faċilità sanitarja ġdida

·              Linji biż-żebgħa tal-parking tad-dawra tal-iskola

·              Inżebgħu l-bankijiet tal-grawnd tal-iskola b'kuluri differenti

·              Sar xogħol ta' ġardinaġġ inkluż il-qtugħ ta’ siġar tal-palm mejta u tħawwlu siġar ġodda   

·              Manutenzjoni ta' dawl f'postijiet differenti

·              Inqala' grawnd fl-iskola u reġa' sarlu l-konkos mill-ġdid

·              Installazzjoni ta’ lift ġdid

 

 

·              Preparazzjoni għat-twettiq tal-protokol biex jinfetħu l-iskejjel fosthom sinjali fil-grawnd biex jifirdu d-designated areas, twaħħil ta' stickers skont il-linji gwida, irranġar ta' spazji fil-klassijiet u ċaqlieq ta' staff rooms.

 

Seduta  408

07/12/2020

IL-GUDJA - LIBRERIJA PUBBLIKA - KOTBA

  

 

17554. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba jew ingħataw b’donazzjoni għal-librerija pubblika tal-Gudja tul din is-sena? Jista' jinforma l-kamra kemm ġew mislufa kotba?

 

27/11/2020

 

  ONOR. JOSÈ HERRERA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi l-librerija tal-Gudja akkwistat 549 ktieb din is-sena f’xiri u donazzjonijiet.  1,244 ktieb ġew mislufa minn din il-librerija.

 

Seduta  408

07/12/2020

SANTA LUĊIJA MALTA - LIBRERIJA PUBBLIKA - KOTBA

 

 

17552. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba jew ingħataw b’donazzjoni għal-librerija pubblika f'Santa Luċija (Malta) tul din is-sena? Jista' jinforma l-kamra kemm ġew mislufa kotba?

 

27/11/2020

 

  ONOR. JOSÈ HERRERA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi l-librerija ta’ Santa Luċija akkwistat 693 ktieb din is-sena f’xiri u donazzjonijiet.  1,457 ktieb ġew mislufa minn din il-librerija.

 

Seduta  408

07/12/2020

WIED IL-GĦAJN, IŻ-ŻEJTUN, ĦAL GĦAXAQ U MARSAXLOKK - PERSUNI LI JIRĊIEVU L-GĦAJNUNA SOĊJALI

 

 

17551. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali sal-aħħar ta’ Ottubru 2020 li huma reġistrati li jgħixu ż-Żejtun. Wied il-Għajn, Ħal Għaxaq u Marsaxlokk, kif ukoll kemm applikaw u kemm ma baqgħux jirċievu dan? Jista' jindika dan kollettivament u skont il-lokalità?

 

27/11/2020

 

  ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.

 

Seduta  408

07/12/2020

RAĦAL ĠDID - LIBRERIJA PUBBLIKA - KOTBA

17550. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba jew ingħataw b’donazzjoni għal-librerija pubblika f'Raħal Ġdid tul din is-sena? Jista' jinforma l-kamra kemm ġew mislufa kotba?

 

27/11/2020

 

ONOR. JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi l-librerija ta’ Raħal Ġdid akkwistat 408 ktieb din is-sena f’xiri u donazzjonijiet.  2,479 ktieb ġew mislufa minn din il-librerija.

 

Seduta 407

02/12/2020

SKOLA PRIMARJA ĦAL TARXIEN - STUDENTI REĠISTRATI

 

 

17549. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni: Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm student registrati fl-iskola Primarji f’Ħal Tarxien għas-sena akkademika 2020/2021 u kemm kien hemm għalliema fl-istess skola?

 

27/11/2020

 

  ONOR. JUSTYNE CARUANA:  Ninsab infurmata li fl-iskola primarja ta’ Ħal Tarxien hemm 17-il Għalliem u 8 Kindergarten Educators. In-numru ta’ studenti huwa 283 fil-Primarja u 101 fil-Kinder.

 

Seduta  407

02/12/2020

 

MONTE DI PIETA - DEHEB

  

 

17548. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm deheb depositat taħt l-iskema ta' rahan f’idejn il-Gvern fil-Monte Di Pieta? Jista' jindika liema huwa l-ixjeħ rahan li ngħata u li għadu veljanti u ma nġabarx sal-aħħar ta’ Novembru 2020?

 

27/11/2020

 

  ONOR. CLYDE CARUANA:  Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li sal-aħħar ta’ Novembru 2020 kien hemm 4,293 rahan depozitati fil-Monte di Pieta, bl-ixjaħ rahan imur lura għas-26 ta’ Marzu 1984.

 

Seduta  407

02/12/2020

ĦAL TARXIEN, RAĦAL ĠDID, IL-GUDJA, SANTA LUĊIJA U L-FGURA - PERSUNI LI JIRĊIEVU L-GĦAJNUNA SOĊJALI

  

 

17547. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali sal-aħħar ta’ Ottubru 2020 li huma reġistrati li jgħixu Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, il-Gudja, Santa Luċija, u l-Fgura, kif ukoll kemm applikaw u kemm ma baqgħux jirċievu dan? Jista’ jindika dan kollettivament u skont il-lokalità?

 

27/11/2020

 

  ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’ seduta oħra.

 

Seduta  407

02/12/2020

LIBRERIJA PUBBLIKA TAL-FGURA - KOTBA

17546. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba jew ingħataw b’donazzjoni għal-librerija pubblika tal-Fgura tul din is-sena? Jista' jinforma l-kamra kemm ġew mislufa kotba?

 

27/11/2020

 

ONOR. JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi l-librerija tal-Fgura akkwistat 174 ktieb din is-sena f’xiri u donazzjonijiet.  868 ktieb ġew mislufa minn din il-librerija.

 

Seduta 407

02/12/2020

ARBITRU GĦAS-SIGURTÀ SOĊJALI - APPELLI PENDENTI

 


17545. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm appelli pendenti quddiem l-Arbitru għas-Sigurtà Soċjali, kif ukoll kemm ġew deċiżi tul din is-sena u kemm ġew irtirati?


27/11/2020

 ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’ seduta oħra.

 

Seduta  407

02/12/2020

 

11.4.21

RAĦAL ĠDID – IN WORK BENEFIT

17201. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li bbenefikaw mill-In Work Benefit li jgħixu Raħal Ġdid tul din is-sena sal-aħħar ta’ Ottubru 2020?

 

09/11/2020

 

  ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm sebgħa u ħamsin persuna jgħixu Raħal Ġdid li rċevew l-In Work Benefit matul din is-sena sal-aħħar t’Ottubru 2020.

 

Seduta  402

18/11/2020

DIRETTUR TAL-PORTIJIET – PERMESSI GĦAL BASTIMENTI BIEX JIDĦLU FIL-PORT IL-KBIR

 

 

 

17200. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm bastimenti ngħataw il-permess mid-Direttur tal-Portijiet sabiex jidħlu fil-Port il-Kbir u jsorġu mal-moll tal-Oil Tanking fil-bajja tar-Rinella tul is-sena li għaddiet 2019 u din is-sena sal-aħħar ta’ Ottubru 2020?

 

09/11/2020

 

 

  ONOR. IAN BORG:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Awtorità tat-Trasport li mal-moll ta’ Ricasoli Tank Cleaning Farm tul is-sena li għaddiet sal- 24 ta’ Settembru 2020 kien hemm 18-il vapur.

 

Seduta  402

18/11/2020

 

IL-GUDJA – IN WORK BENEFIT

 

 

17199. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li bbenefikaw mill-In Work Benefit li jgħixu il-Gudja tul din is-sena sal-aħħar ta’ Ottubru 2020?

 

09/11/2020

 

  ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm seba' persuni jgħixu l-Gudja li rċevew l-In Work Benefit matul din is-sena sal-aħħar t’Ottubru 2020.

 

Seduta  402

18/11/2020

BELT SENGLEJANA – XOGĦLIJIET FUQ SWAR

 

 

17198. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qed isiru fuq is-swar tal-Belt Senglejana u kemm huwa mistenni li jintefaq fl-istess?

 

09/11/2020

 

  ONOR. IAN BORG:  Ninforma l-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li x-xogħol ta’ restawr li qed isir fuq is-swar ta’ San Mikiel fid-daħla tal-Isla, liema restawr jinkludu t-torri tal-arloġġ u l-gardjola huwa stmat li jiġi jiswa mhux aktar minn €1,362,189.79 exc vat. Dan wara li kienet ħarġet sejħa għal offerti.  Il-proġett huwa maniġjat mill-GHRC.

 

Seduta  402

18/11/2020

IL-FGURA – IN WORK BENEFIT

  

 

17197. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li bbenefikaw mill-In Work Benefit li jgħixu il-Fgura tul din is-sena sal-aħħar ta’ Ottubru 2020?

 

09/11/2020

 

  ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm tnejn u disgħin persuna jgħixu l-Fgura li rċevew l-In Work Benefit matul din is-sena sal-aħħar t’Ottubru 2020.

 

Seduta  401

17/11/2020

PERSUNI LI RĊEVEW L-ASSISTENZA TA’ €800

  

 

17196. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16313 u 15114, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li jgħixu Wied il-Għajn, Ħal Għaxaq, iż-Żejtun u Marsaxlokk li rċevew dan il-ħlas?

 

09/11/2020

 

  ONOR. SILVIO SCHEMBRI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-wage supplement jitħallas lill min iħaddem f’isem l-impjegati. Il-Malta Enterprise mgħandix dettalji ta’ fejn joqgħodu l-individwi.

 

Seduta  401

17/11/2020

PERSUNI LI RĊEVEW L-ASSISTENZA TA’ €800

 

 

 

17195. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16313 u 15114, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li jgħixu Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, il-Fgura, Santa Luċija u l-Gudja li rċevew dan il-ħlas?

 

09/11/2020

 

  ONOR. SILVIO SCHEMBRI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-wage supplement jitħallas lill min iħaddem f’isem l-impjegati. Il-Malta Enterprise mgħandix dettalji ta’ fejn joqgħodu l-individwi.

 

Seduta  401

17/11/2020

TRASFERITI TA’ PARTITI TAL-MUŻIKA LIL PAJJIŻNA

 

 

 

17194. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 16308 u 15122 u jgħid jekk il-kundizzjonijiet kif kontenuti fl-Att Pubbliku tat-13 ta’ Ottubru 1988 li fih ġew trasferiti lil pajjiżna l-partiti tal-mużika komposta mill-Maestro li d-dettalji dawru qed jingħataw separatament, huwiex qiegħdin jiġu debitament osservati?

 

09/11/2020

 

ONOR. JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-informazzjoni miġbura ninsab infurmat illi l-partiti tal-mużika tal-Maestro Carmelo Pace jinsabu miżmumin fl-arkivji tal- Orkestra Filarmonika Nazzjonali.

 

Ninsab infurmat ukoll illi t-Teatru Manoel u l-Orkestra qed jesploraw il-possibilitá li l-opri ġentilment mogħtija mill-Maestro Pace lill-Istat jittellgħu.

 

Seduta 401

17/11/2020

MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ NAZZJONALI U L-INFURZAR TAL-LIĠI – BORDIJIET – BENEFIĊĊJI, KUMPENS FINANZJARJU U KUNDIZZJONIJIET VARJI

 17193. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 16289 u 15339 u jgħid x’inhuma l-benefiċċji, il-kumpens finanzjarju, u l-kundizzjonijiet varji li huma intitolati għalihom membri fil-Bordijiet varji li jaqgħu taħt il-ministeru u jista’ jindika x’kienet l-ispiża attwali tas-sena li għaddiet 2019?

 

09/11/2020

 

  ONOR. BYRON CAMILLERI:  Bi tweġiba għal din il-mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra. L-informazzjoni fit-tabella tindika l-ħlas kollu li sar fl-2019, iżda li jista’ jinkludi wkoll ammonti li jkopru perjodi tal-2018.

 

Seduta  401

17/11/2020

 

ĦAL TARXIEN – IN WORK BENEFITS

 

 

17192. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm hemm persuni li bbenefikaw mill-In Work Benefit li jgħixu Ħal Tarxien tul din is-sena sal-aħħar ta’ Ottubru 2020?

 

09/11/2020

 

  ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm sebgħa u ħamsin persuna jgħixu Ħal Tarxien li rċevew l-In Work Benefit matul din is-sena sal-aħħar t’Ottubru 2020.

 

Seduta  401

17/11/2020

MCAST - BACHELOR IN SCIENCE IN EXERCISE FOR HEALTH AND SPORT – DIFFIKULTÀ GĦALL-INGAĠĠ TAL-ISTUDENTI

 

 

16505. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Prim Ministru: Jista’ l-Prim Ministru jinforma l-Kamra jekk kemm-il darba l-istudenti li daħlu għall-kors fl-MCAST intitolat Bachelor in Science in Exercise for Health and Sport humiex isibu diffikultajiet sabiex jiġu ingaġġati għax-xogħol f’setturi kliniċi u jekk iva x’inhuma kif ukoll x’passi qegħdin jittieħdu sabiex jiġu solvuti?

 

08/10/2020

 

  ONOR. ROBERT ABELA:  Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16503.

 

Seduta  379

27/10/2020

ĦAL GĦAXAQ – PROĠETT TA’ HOUSING

 16483. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tal-housing ta’ kwalità f’Ħal Għaxaq fejn jikkonċerna l-binja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li l-proġett ra l-bidu tiegħu sentejn ilu u sal-lum ir-residenti jixtiequ jkunu jafu meta se titlesta l-imsemmija blokka, inkluż l-istallazzjoni tal-lift?

 

06/10/2020

 ONOR. RODERICK GALDES:  Ninsab infurmat illi x-xogħol ta’ kostruzzjoni li kellu jsir fix-xaft b’rabta mal-installazjoni ta’ dan il-lift, liema xogħol beda ħdax-il xahar ilu, tlesta fil-ħin stipulat.

Il-parti ta’ kostruzzjoni ġiet segregata u magħluqa b’mod sigur sakemm issir il-konsenja tal-lift u dan biex l-installazzjoni tkun tista’ tipproċedi.

Ġejt infurmat ukoll illi t-tender li jirrigwarda l-installazjoni tal-lift qiegħed fil-proċess li jiġi aġġudikat.

 

Seduta  378

26/10/2020

AMBAXXATA TAL-GREĊJA – ĦIDMA U INIZJATTIVI

 

 

16336. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma u x’inizjattivi ttieħdu mill-ambaxxata tagħna għall-Greċja tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena?

 

19/08/2020

 

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninforma  lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ħidma u inizjattivi li ittieħdu mill-Ambaxxata tagħna għall Greċja tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena.

 

Seduta  375

21/10/2020

AMBAXXATA GĦALL-ALĠERIJA – ĦIDMA U INIZJATTIVI

16325. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma u x’inizjattivi ttieħdu mill-ambaxxata tagħna għall-Alġerija tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena?

 

19/08/2020

 

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li Malta m’għandiex Ambaxxata fl-Alġerija peress li l-Ambaxxatriċi għall-Alġerija hija residenti f’Malta. Għaldaqstant, Malta għandha Konsulat Ġenerali li jinsab f’Alġiers. L-Ambaxxatriċi u l-Konslu Ġenerali flimkien jikkordinaw il-ħidma tagħhom sa biex jibqaw jitjiebu ir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi ġirien. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra x’ħidma u x’inizattivi li ttieħdu mill-ambaxxata tul dawn l-ahhar disa’ xhur ta’ din is-sena.

 

Seduta  373

19/10/2020

MASĠAR BEJN IL-FGURA U ĦAŻ-ŻABBAR - RIJABILITAZZJONI.

 

 

16324. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar: B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14293, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ulterjuri ttieħdu fir-rigward tal-Masġar bejn il-Fgura u Ħaż-Żabbar?

 

19/08/2020

 

  ONOR. AARON FARRUGIA:  Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

 

Seduta  373

19/10/2020

AMBAXXATA GĦALL-ISTATI UNITI – ĦIDMA U INIZJATTIVI

 

 

16323. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma u x’inizjattivi ttieħdu mill-ambaxxata tagħna għall-Istati Uniti tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena?

 

19/08/2020

 

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ħidma u inizjattivi li ttieħdu mill-Ambaxxata tagħna għall-Istati Uniti tul dawn id-disa’ xhur.

 

Seduta  373

19/10/2020

10.4.21

AMBAXXATA GĦALL-ĠERMANJA – ĦIDMA U INIZJATTIVI

 16321. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma u x’inizjattivi ttieħdu mill-ambaxxata tagħna għall-Ġermanja tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena?

 

19/08/2020

 

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra x’ħidma u x’inizjattivi ttieħdu mill-ambaxxata tagħna għall-Ġermanja tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena?

 

Seduta  372

14/10/2020

 

AMBAXXATA GĦAT-TUNEŻIJA – ĦIDMA U INIZJATTIVI

 

 

16318. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma u x’inizjattivi ttieħdu mill-ambaxxata tagħna għat-Tuneżija tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena?

 

19/08/2020

 

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ħidma u inizjattivi li ittieħdu mill-Ambaxxata tagħna għat-Tuneżija tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena.

 

Seduta  372

14/10/2020

AMBAXXATA GĦALL-KUWAJT – ĦIDMA U INIZJATTIVI

 

 

 

16304. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma u x’inizjattivi ttieħdu mill-ambaxxata tagħna għall-Kuwajt tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena?

 

19/08/2020

 

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninforma lill-Onoroveli Interpellant li qed npoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-ħidma u inizjattivi li ittieħdu mill-Ambaxxata tagħna għall-Kuwajt tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena.

 

Seduta  369

07/10/2020

AMBAXXATA GĦALL-IŻREAL – ĦIDMA U INIZJATTIVI

 

 

 

16302. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma u x’inizjattivi ttieħdu mill-ambaxxata tagħna għall-Iżrael tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena?

 

19/08/2020

 

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninforma lill-Onoroveli Interpellant li qed npoġġi fuq il-mejda tal kamra l-ħidma u inizjattivi li ittieħdu mill-Ambaxxata tagħna għall-Iżrael tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena.

 

Seduta  369

07/10/2020

ĠNIEN IL-MEDITERRAN - PROGRESS

 

 

 

 

16301. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’progress kien hemm dwar Ġnien il-Mediterran? Jista’ jgħid x’diskussjonijiet saru u x’passi ttieħdu?

 

19/08/2020

 

  ONOR. JOSÈ HERRERA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.

 

Seduta  369

07/10/2020

HIGH COMMISSION FL-INDJA – ĦIDMA U INIZJATTIVI

 16299. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma u x’inizjattivi ttieħdu mill-High Commission tagħna fl-Indja tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena?

 

19/08/2020

 

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra  l-ħidma u inizjattivi li ittieħdu minn Kummissjoni Għolja tagħna fl-Indja tul dawn id-disa’ xhur ta’din is-sena.

 

Seduta  369

07/10/2020

ĊITTADINI MALTIN U BARRANIN LI ĦARĠU JEW DAĦLU FIL-PAJJIŻ

 

 

16298. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15316 u jgħid kemm ċittadini Maltin u kemm ċittadini barranin sija EU Nationals kif ukoll le, ħarġu minn pajjiżna u kemm minnhom għamlu użu mill-Ajruport Internazzjonali tul ix-xahar ta’ Mejju 2020? Jista’ jgħid ukoll kemm persuni daħlu f’pajjiżna maqsuma ċittadini Maltin u ċittadini barranin sija EU Nationals kif ukoll le, fl-istess żmien?

 

19/08/2020

 

  ONOR. SILVIO SCHEMBRI:  Konvint li l-Onorevoli interpellant konxju li l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ilu mill-2002 mhux entità tal-Gvern.

 

Seduta  368

06/10/2020

 

 

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...