27.5.20

Inkunu li aħna.


 

1.     Pajjiżna għadda minn ħafna.  Ser jibqa’ għaddej ukoll minn sfidi varji.  Il-bniedem fuq dawn il-gżejjer ikkumbatta, u ser jibqa’.  Daqqa jkun għaddej minn mumenti inqas kumplikati, u daqqa jinħakem minnhom.  Il-problema, ħafna drabi, illum hija marbuta mhux man-natura tad-diffikultajiet, imma minn nuqqas ta’ għarfien tal-passat tagħna.  Dawk li jinsabu midfuna.  Dawk li l-għadam tagħhom għadna nsibu għaddew u ġarrbu bħalna.  Ma hemmx xi linja differenti fil-mod li l-bniedem jirreaġixxi.  Biss, dawk li ngħixu llum għandna l-vantaġġ li għandna għad-dispożizzjoni tagħna kwantità ta’ informazzjoni u riflessjonijiet li nistgħu naqraw u nieħdu direzzjoni minnhom.

 

F’Ħal Tarxien

 

2.     Il-lezzjoni kienet iktar ċara din il-ġimgħa.  L-aħbar li xxandret fuq numru ta’ mezzi tax-xandir li kien instab qabar Puniku wasslet iktar dan.  Fis-silenzju tas-sekli, min indifen baqa’ rispettat.  Il-post ġie rrappurtat li ma kienx minsus.  Ħadd ma pprova jqajjem, f’dawn is-snin twal, dak li baqa’ preservat biex jagħti lezzjoni.  Preservat biex ikun ċar li dawk li għexu hawn irrispettaw id-dinjità umana.  Dawk li kienu qed jaħdmu l-art kienu deċiżi li anke fil-mewt, il-bniedem ma jitlifx minn dak li għandu għażiż.  L-oġġetti li nstabu għadda fuqhom iż-żmien, imma fihom għad hemm il-messaġġ tas-sewwa.  Messaġġ ta’ direzzjoni ċara.

 

Il-pajjiż wieqaf?

 

3.     Għal uħud, il-pajjiż jinsab wieqaf.  Fir-realtà mhuwiex.  Għadu għaddej, mhux fl-attività fiżika, imma fil-ħsieb u fir-riflessjoni.  Naħseb li ħafna forsi sarrfu iktar l-għarfien tagħhom ta’ dak li huwa importanti fil-ħajja, u ngħatajna l-possibilità li naħsbu kif nibdlu dak li għandu jinbidel, jew li dejjem xtaqna li nibdlu imma ma rnexxilniex.  L-isfidi, hawn, huma fuq livelli varji.  Huma hekk għax il-pajjiż huwa magħmul mill-bnedmin.  Imma kemm, ftit xhur ilu, konna nħarsuh?  Kemm konna nibnu sistemi ekonomiċi u soċjali tagħna fuq il-ħajja u fuq il-bżonn tar-rispett tagħna, naħseb li lkoll niddubitaw.

 

Direzzjoni ċara

 

4.     Biss, f’dan hawn issa l-pass iktar impenjattiv.  Il-pajjiż għandu għad-dispożizzjoni tiegħu mudell differenti, iktar rilevanti għalih milli kellu?  Ħafna qed jifhmu li l-bidliet politiċi li rajna tul dan il-bidu tas-sena kienu parti minn dak li diġà kien hemm.  Il-“garanzija” interna fil-Partit Laburista fil-Gvern kienet bażata direttament, u indirettament, fuq il-pjan “roadmap”, li kollox jibqa’ kif kien.  L-għażla saret f’dak l-isfond u b’dawk ir-raġunijiet umani.  Imma llum, il-pożizzjoni qegħda titlob bidla.  Bidla, li aktar ma jgħaddu l-ġranet, iktar ser tkun waħda neċessarja.

 

Road blocked

 

5.     F’dawn il-ġranet, hemm proprju dan l-iżvilupp.  Il-Gvern irid li kollox jiġi lura għan-“normal”, għal dak li kien hemm qabel Novembru 2019, malajr.  Irid dan, proprju għax qiegħed jipprova jaħrab minn dak li jidher dejjem iktar, u iktar, li huwa inevitabbli.  Ħafna fil-poplu qegħdin jippruvaw jidħlu lura għall-ħidma tas-soltu.  Imma qegħdin, fit-twettiq ta’ dan, jagħrfu l-kumplikazzjonijiet li fih fir-realtà tas-saħħa li għandna.  Realtà li wieħed ma jistax jaħrab.  Jista’ biss jipprova jifhem, jirreżisti, imma jaf li ma jistax jirbaħ bil-kliem jew volontà.  Jista’ jipprova, imma jagħraf li mhuwiex ser jagħmel wisq sens, soċjalment u ekonomikament.  Il-mekkaniżmi kummerċjali preċedenti, f’dan il-mument, ma jistgħux jitħaddmu.

 

Xejn ġdid

 

6.     Il-bnedmin, f’ġenerazzjonijiet varji, sabu ruħhom jiffaċċjaw il-pandemiji.  Uħud inkitbu stejjer dwarhom, u ġew dokumentati sew; oħrajn għaddew biex iffurmaw u bidlu l-ħajja tal-bniedem.  Min huwa midfun f’dak il-qabar Puniku f’Ħal Tarxien ċert illi, kieku jista’, jirrakkuntalna dak li dik is-soċjetà għaddiet minnu.  Il-passi fid-direzzjonijiet li jittieħdu f’soċjetà, f’ċiviltà, jiddependu proprju minn dan.  Ċiviltà tista’ tinegħleb kompletament u tispiċċa, kif nafu li seħħ.  Tista’ wkoll tagħraf li għandha tħalli l-affarijiet jieħdu t-triq tagħhom, u ma tkunx nieqsa mill-għerf u l-għaqal.  Tħares il-proċess naturali li qed nerġgħu ngħaddu minnu.  Għax in-natura tibqa’ li hija, u trid tiġi rispettata.

 

Fil-ħin tagħhom

 

7.     F’dawn il-jiem, ġiet quddiemi sentenza inizjali f’dak li huwa msejjaħ bħala Il Manifesto di Ventotene, li tgħid hekk: “L’uomo non deve essere un mero strumento altrui, ma un autonomo centro di vita.”  Meta l-politika ta’ pajjiż taħrab minn dan, anzi, meta ma tirrispettax dan, il-konsegwenzi nagħrfu x’inhuma.  Il-bniedem, illum, irid direzzjoni politika, imma mhux fil-linja ta’ dak li kellu, imma f’dak li ser isib quddiemu.  Ix-xenarju ser ikun mibdul.  Jista’ jwebbes rasu u jinsisti li kollox baqa’ l-istess.  Jista’, minflok, jifhem l-opportunitajiet u ċirkostani ġodda biex jieħu lezzjoni.

 

Quddiem il-ħajja

 

8.     Proprju għalhekk li għandna nifhmu iktar dak li sawwarna bħala poplu.  Nifhmu iktar li għexna bl-intelliġenza u l-għaqal.  Nifhmu li d-deċiżjonijiet mgħaġġla ma jsolvux, imma jikkumplikaw.  Nifhmu li fis-sekli li l-bniedem ilu jgħix, u jindifen, hemm lezzjonijiet li jridu jiġu rispettati.  Nifhmu, fuq kollox, li aħna għandna nibqgħu, u nkunu, dak li aħna.

 

 

 


IL-FGURA – TRIQ WIED BLANDUN – TISBIĦ TAŻ-ŻONA

14289. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11922, tista’ l-Ministru tgħid x’passi ulterjuri ttieħdu mill-Ministeru sabiex ikun hemm rijabilitazzjoni taż-żona ta’ Wied Blandun bejn Raħal Ġdid u l-Fgura?

 

04/05/2020

 

  ONOR. JULIA FARRUGIA PORTELLI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmata minn Parks Malta li bħalissa qegħdin iħejju d-dokument neċessarju għal sejħa tal-offerti biex isir Site investigations, studies, remediation strategy u project designgħar-rijabilitazzjoni ta’ Wied Blandun. Qed isir wkoll tindif u tneħħija ta’ skart regolari fiż-żona ta’ Triq Wied Blandun u Triq il-Kampanella.

 

Seduta  335

26/05/2020

 

 


DIRETTORAT TAL-PROTOKOLL – BASTIMENTI MILITARJI JEW STATALI

 14288. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il talba rċieva d-Direttorat tal-Protokoll sabiex bastimenti militari jew statali jidħlu f’pajjiżna tul minn Diċembru 2019 sal-aħħar ta’ Frar 2020?

 

04/05/2020

 

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat tal-Protokoll rċieva sbatax il-talba minn Diċembru 2019 sal-aħħar ta’ Frar 2020 sabiex bastimenti militari jew statali jidħlu f’pajjiżna.

Seduta  335

26/05/2020


DIRETTORAT TAL-PROTOKOLL – BASTIMENTI MILITARJI JEW STATALI

 14287. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il talba rċieva d-Direttorat tal-Protokoll sabiex bastimenti militari jew statali jidħlu f’pajjiżna tul is-sena 2018?

 

04/05/2020

 

ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li tul is-sena 2018 id-Direttorat tal-Protokoll rċieva sebgha u sittin il-talba sabiex bastimenti militari jew statali jidħlu f’pajjiżna.

 

Seduta  335

26/05/2020


IDENTITY MALTA - DIXXENDENTI MALTIN LI JGĦIXU FIT-TUNEŻIJA, FL-EĠITTU U FL-ALĠERIJA

14286. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11645 issa li għaddew l-emendi relattivi humiex ser jiġu infurmati d-diversi Maltin li jgħixu barra senjatament dawk fit-Tuneżija, l-Alġerija u l-Eġittu bit-tibdiliet relattivi sabiex ikunu jistgħu japplikaw? Jista’ ukoll jikkonsidra li jkun hemm rappreżentazzjonijiet ma’ Identity Malta biex dan isir mingħajr komplikazzjonijiet?

 

04/05/2020

 

ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru ħa nota tal-emendi fil-liġi kif indikati fil-mistoqsija parlamentari, u qiegħed jinforma lill-Ambaxxati rispettivi Maltin bid-dettalji tagħhom. Madankollu l-Ministru jixtieq jiġbed l-attenzjoni għal fatt li għall-finijiet ta’ dixxendeti Maltin li jgħixu fit-Tuneżija, l-Alġerija u l-Eġittu rispettivament is-sitwazzjoni tagħhom fir-rigward ta’ applikazzjoni għal ċittadinanza tibqa l-istess bħal din indikata fit-tweġiba parlamentari nru. 11645, jiġifieri li dawk il-persuni li għal raġunijiet storiċi ma jkunux jistgħu jipprovdu ċertifikat tat-twelid oriġinali tal-iStat, għall-finijiet ta’ applikazzjonijiet ta’ ċittadinanza u wara  ta’ passport, dawn issa se jkunu mogħtija l-possibbilta’ li jippreżentaw iċ-ċertifikat tal-magħmudija. Dan jibqa’ sottomess għad-diskrezzjoni tal-Aġenzija Identity Malta li każi ta’ dan it-tip titrattahom każ każ biex ikun aċċertat li d-dokumenti ppreżentati jkunu awtentiċi.

 

Seduta  335

26/05/2020


GĦAJN DWIELI – SIT ARKEOLOĠIKU

14285. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11682, jista’ l-Ministru jikkonsidra li s-sit Arkeoloġiku f’Għajn Dwieli magħruf bħala Kordin III jinfetaħ fuq skeda regolari sabiex possibbilment ikun parzjalment aċċessibbli għall-pubbliku?

 04/05/2020

ONOR. JOSÈ HERRERA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li minbarra attivitajiet regolari li torganizza Heritage Malta, is-sit arkeoloġiku f’Għajn Dwieli magħruf bħala Kordin III jinfetaħ b’appuntament kull meta jkun hemm talba li jsir dan. L-istess isir f’siti oħrajn żgħar simili.

 It-talba mill-pubbliku sabiex jinfetaħ hija baxxa, u għalhekk ma tiġġustifikax li jinfetaħ fuq skeda regolari.

 

Seduta  335

26/05/2020


RIFUŻJONIJIET FUQ L-INCOME TAX.

14284. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji: Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-ammonti ta’ flus li għadhom iridu jitħallsu lura f’rifużjonijiet fuq l-income tax sal-aħħar ta’ April 2020?

 

04/05/2020

 ONOR. EDWARD SCICLUNA:  Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-ammonti ta’ flus li għadhom iridu jitħallsu lura f’rifużjonijiet fuq l-income tax sal-aħħar ta’ April 2020, ilaħħqu s-somma ta’ €1,087,724.

Hemm ukoll ammonti ta’ flus li jlaħħqu Eur 9.3m li għadhom ma jistgħux jitħallsu lura f’rifużjonijiet fuq l-income tax minħabba irregolaritajiet min-naħa tat-taxpayers, fosthom in-nuqqas ta’ sottomissjoni tar-returns tat-taxxa.

 

Seduta  335

26/05/2020


21.5.20

Ikkonsulta. Għadna fiha.

1.     Il-pajjiż, tul din il-ġimgħa, telaq fuq triq, imma f’nofsha fehem li l-pożizzjoni għadha ma nbidlitx.  Għad fadlilna mixja li mhix proprju qasira.  Dak li sar mill-bidunett, kien immirat li n-numri jkunu kemm jista’ jkun ikkontrolalti, sabiex is-sistema medika tagħna tlaħħaq mal-każijiet.  Tlaħħaq u tagħti għajnuna sħiħa lil kull ċittadin.  Biss, dan ma setax ifisser li l-pandemija sparixxiet.  Hemm għadha, u ma tistax tiġi njorata.  Ikun, u ma jkunx tant għaqli li tagħti l-impressjoni li għadda kollox.  Il-kawtela ma tistax titwarrab.  Imma xorta, dejjem jekk int għaqli, trid tibni strateġija ta’ kif tista’ taħdem u tmexxi soċjetà f’dawn il-kundizzjonijiet.

 Responsabbiltà

 2.     F’dan, huwa mill-iktar ċar li l-piż u r-responsabbiltà ta’ dawn id-deċiżjonijiet qegħdin fuq il-Gvern.  Fis-settur tas-saħħa, inżamm kuntatt mas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, imma f’affarijiet oħra le.  Huwa hu li żamm il-mazz f’idejh, biex jidher u jmexxi kif u sa fejn jaħseb li jaqbillu.  Waħdu, ċertament, ma jarax dak li ħaddieħor jara.  F’dawn iċ-ċirkostanzi, dan ma tantx huwa mill-iktar mimli għerf.  F’dak li għaddejjin minnu, l-Oppożizzjoni għandha, bħala linja ta’ prinċipju, tinżamm aġġornata u infurmata.  Biss, meta s-sewwa u l-prattiċi politiċi tajba ma jinżammux, hemm l-effetti futuri.  Għalhekk, min jieħu d-deċiżjonijiet, wara ma jistax idur biex iwaħħal f’min ma kienx parti minnhom.  Ikun jista’ jagħraf li naqas għax ma ħax parir fejn seta’, fis-sewwa u fil-libertà.

 Joħorġu iktar diffikultajiet

 3.     Is-sitwazzjoni tul dawn il-ġimgħat ħarġet iktar fil-beraħ kemm dak li kien jidher tant sod, fir-realtà mhuwiex.  Ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna mhix proprju qed tiġi miżmuma wisq ‘il fuq.  Kellna kumplikazzjonijiet ġodda fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, u l-isfida tal-immigrazzjoni irregolari.  Magħhom kellna persuna maħtura u magħżula direttament mill-Prim Ministru bħala ambaxxatur li ġiebna fl-inkwiet b’diskors żejjed u barra mill-kuntest.  Wara rapporti varji dwar kif għandhom jiġu miżmuma l-finanzi ta’ pajjiżna marbuta ma’ rapporti varji.  Mhux biss internament fil-Partit Laburista, jidher li hemm ukoll nuqqasijiet ta’ qbil jew direzzjoni ċentrali ċara.  Hemm Deputat Mexxej li m’għadux deputat. Hemm tibdil differenti.  Twieldu drawwiet, manjieri ta’ preżunzjoni li jidhru li qed jikbru bħal xeblik madwar siġra antika.

 Forom ta’ arroganzi?

 4.     Hawn ħafna nies li faċli tirbaħhom l-arroganza f’sitwazzjonijiet normali, aħseb u ara f’dawn.  Ngħidu aħna, hawn min jitwieled fil-ġid, jew jagħmel il-flus u jaħseb li ħadd u xejn ma jista’ għalih.  Bil-flus tagħmel triq fil-baħar, jgħid il-Malti, u min għandu minnhom jibda jilludi ruħu li hu kważi impotenti.  Tirbaħ l-arroganza wkoll lil min ikollu maġġoranza parlamentari warajh, kif rajna tant tajjeb f’dawn l-aħħar seba’ snin.  Dik li l-Ingliżi, jekk smajt tajjeb, jgħidulha “the insolence of an elected majority”.  Hemm min jilludi ruħu bl-idea li, bil-maġġoranza, tista’ tagħmel kollox, u ħadd ma jista’ għalik.  Għada ma jasalx, u l-preżent ser jibqa’ permanenti.  Imma l-affarijiet jinbidlu.  Dak li twettaq illum ikun kawża tal-effetti ‘l quddiem.  Bħalissa ssib lil min iċapċaplek, imma għada jdur kontra, appena l-affarijiet imorru fi triq żbaljata.

 Il-ġid tad-demokrazija

 5.     Fid-demokrazija hemm tajjeb li wieħed fil-Gvern suppost li jaf ukoll li xi darba jrid jagħti kont lill-poplu.  Ħafna jqarrqu lilhom infushom billi jaħsbu li bil-propaganda, bil-ftaħir u t-tifħir, tul iż-żmien tal-mandat elettorali jistgħu jixtru mandat elettorali ieħor u jaħarbu l-ġudizzju tal-elettorat.  Hemm ukoll dawk li jippruvaw minn kollox biex jixtruh bil-pjaċiri.  Imma dak li sejrin għalih huwa mill-iktar ċar li l-pożizzjoni ser tkun differenti minn kif sa issa nafuha.  Ma’ kull jum li l-pajjiż huwa mnaqqas fil-ħidma solita tiegħu, l-affarijiet qed jinbidlu.  Il-muntanja qegħda, jum wara jum, titlef mis-silġ prezzjuż.  Jekk sa sitt xhur ilu kellna soċjetà għaddejja, illum għandna waħda kważi wieqfa kompletament.  Qatt ma rajna bħalha.

 Riflessjoni

 6.     Is-sitwazzjoni fis-saħħa għadha ma nbidlitx, anki jekk diversi ħasbu, jew taw x’wieħed jifhem li fi żmien qasir ser niġu lura għan-normal.  Il-konsegwenza hija li din għandha effett qawwi fuq il-ħajja soċjali u ekonomika tagħna.  Proprju għalhekk li x-xenarju politiku qiegħed jikkumplika ruħu.  Dan iktar fid-dawl, u proprju għax il-Gvern qiegħed jieħu konklużjonijiet politiċi waħdu.  Deċiżjonijiet li fosthom għandu numru sew li qegħdin iktar jispikkaw, jew għax huma reattivi, inkella azzardati.  Proprju għalhekk li waqt li llum nagħrfu li l-pandemija għadha m’għaddietx, min qiegħed imexxi jagħmel tajjeb jekk jagħraf il-valur tal-umiltà.  Jibda jikkonsulta u jinforma lill-Oppożizzjoni għall-ġid veru u sħiħ ta’ din is-soċjetà.

 

 

 

 

 

 


DIRETTORAT TAL-PROTOKOLL – AJRUPLANI MILITARI JEW STATALI


 

14277. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il talba rċieva d-Direttorat tal-Protokoll sabiex ajruplani militari jew statali jinżlu f’pajjiżna u kemm-il darba saret talba sabiex jidħlu fl-ispazju tal-ajru tagħna tul is-sena 2018?

 

04/05/2020

 

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Infurmat li matul is-sena 2018 saru 104 talbiet biex ajruplani militari jew statali jinżlu f’pajjiżna u 344 talba biex jidħlu fl-ispazju tal-ajru Malti.

 

Seduta  333

20/05/2020


ĦAL TARXIEN – SUSSIDJU FUQ KIRJIET

 


 

14276. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13784 jista’ l-Ministru jara jekk huwiex possibbli li d-Dipartiment tal-Akkomodazzjoni Soċjali jibgħat ittra informattiva lir-residenti ta’ Ħal Tarxien fejn jispjega kif jistgħu japplikaw għall-benefiċċju fuq is-sussidju tal-kera?

 

04/05/2020

 

  ONOR. RODERICK GALDES:  Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 14258 tas-Seduta 330.

 

Seduta  333

20/05/2020


PERSUNI B’EARLY RETIREMENT – XOGĦOL EKONOMIKU

14275. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji: In vista tal-fatt li ħaddiema li jitilqu minn fuq il-post tax-xogħol bl-'Early Retirement' skont skedi offruti minn kumpaniji privati qabel ma jilħqu l-pension age, u peress li bħalissa ma jistgħux jaħdmu jew jagħmlu xogħol ekonomiku ddikjarat sakemm jilħqu l-età tal-pensjoni, fis-sens li persuna li tingħata l-early retirement ta' 58 sena u l-pensjoni tagħha hi ta' 61 sena, u f'dawk it-tliet snin ma tistax tagħmel xogħol ieħor, fil-frattemp jista’ l-Ministru jikkonsidra li ssir xi emenda fil-liġijiet tax-xogħol biex persuni f'din is-sitwazzjoni jkunu jistgħu jibqgħu jaħdmu b'xogħol part-time?

 

04/05/2020

 

  ONOR. EDWARD SCICLUNA:  Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

 

Seduta  333

20/05/2020


SANTA LUĊIJA – SUSSIDJU FUQ KIRJIET

 


 

14274. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13794 jista’ l-Ministru jara jekk huwiex possibbli li d-Dipartiment tal-Akkomodazzjoni Soċjali jibgħat ittra informattiva lir-residenti ta’ Santa Luċija (Malta) fejn jispjega kif jistgħu japplikaw għal dan il-benefiċċju fuq is-sussidju tal-kera?

 

04/05/2020

 

  ONOR. RODERICK GALDES:  Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 14258 tas-Seduta 330.

 

Seduta  333

20/05/2020


ŻONA TA’ KORDIN – FAĊILITAJIET SPORTIVI – IRRANĠAR TA’ BANKINI


 

14273. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13389 jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret biex jiġi rettifikat dak li kien indikat fl-istess domanda f’Kordin fil-parti fejn hemm il-Faċilitajiet Sportivi?

 

04/05/2020

 

  ONOR. SILVIO SCHEMBRI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

 

Seduta  333

20/05/2020


MUŻEW MARITTIMU – DĦUL MINN ENTRANCE FEES U GIFT SHOP SALES


 

14272. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13388 dwar il-Mużew Marittimu, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm dħul finanzjarju minn entrance fees u kemm minn gift shop sales fis-sena 2019?

 

04/05/2020

 

  ONOR. JOSÈ HERRERA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dħul finanzjarju ta’ €63,335.66 għas-sena 2019 kien relatat ma’ gift shop sales ta’ €2,800.19 u entrance fees ta’ €60,535.47.

 

Seduta  333

20/05/2020


20.5.20

GĦAJNUNA SOĊJALI - PERSUNI

 


 

14271. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13384, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni ’l fuq minn 40 sena li qed jirċievu l-Għajnuna għal Diżimpjieg (UA) fl-aħħar tas-sena 2019 u jista’ jindika kemm ġew rifjutati applikazzjonijiet ġodda li saru tul dik is-sena?

 

04/05/2020

 

  ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ persuni li kienu qed jirċievu l-Għajnuna għal Diżimpjieg (UA), sal-aħħar tas-sena 2019 u għandhom il-fuq minn 40 sena kien jammonta għal 402 (Irġiel 353 u Nisa 102).

 

Matul is-sena 2019 ġew rifjutati 41-il applikazzjoni ġdida.

 

Seduta  332

19/05/2020

 


GĦAJNUNA SOĊJALI - PERSUNI

 


 

14270. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13384, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni ’l fuq minn 40 sena li qed jirċievu Drug Addiction Dependence fl-aħħar tas-sena 2019 u jista’ jindika kemm ġew rifjutati applikazzjonijiet ġodda li saru tul dik is-sena?

 

04/05/2020

 

  ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ persuni li kienu qed jirċievu, Drug Addiction Dependence (DAD), sal-aħħar tas-sena 2019  u għandhom il-fuq minn 40 sena kien jammonta għal 9 (Irġiel 8 u Nisa 1).

 

Matul is-sena 2019 ġiet rifjutata applikazzjoni waħda ġdida.

 

Seduta  332

19/05/2020

 


PALAZZ TAL-INKWIŻITUR – DĦUL FINANZJARJU MINN ENTRANCE FEES U GIFT SHOP SALES

 

 


 

14269. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13382 dwar il-Palazz tal-Inkwiżitur jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm dħul finanzjarju minn entrance fees u kemm minn gift shop sales fis-sena 2019?

 

04/05/2020

 

  ONOR. JOSÈ HERRERA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dħul finanzjarju ta’ €178,019.67għas-sena 2019 kien relatat ma’ gift shop sales ta’ € 10,662.75 u entrance fees ta’ €167,356.92.

 

Seduta  332

19/05/2020


ĦAL TARXIEN – TRIQ L-ISQAJJAQ - XOGĦLIJIET

 


 

14268. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13377, jista’ l-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol f’Triq l-Isqajjaq Tarxien u jekk huwiex possibbli li jittieħdu passi temporanji sakemm dan effettivament jsir?

 

04/05/2020

 

  ONOR. JOSÈ HERRERA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li għalkemm il-Kunsill jixtieq jipproċedi bix-xogħol f’Triq l-Isqajjaq Tarxien, għalissa ma tistax issir.

 

Seduta  332

19/05/2020


GĦAJNUNA SOĊJALI - PERSUNI


 

14267. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13384, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni ’l fuq minn 40 sena li qed jirċievu l-Għajnuna għal Diżimpjieg Sussidjarja (SUA) fl-aħħar tas-sena 2019 u jista’ jindika kemm ġew rifjutati applikazzjonijiet ġodda li saru tul dik is-sena?

 

04/05/2020

  ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ persuni li kienu qed jirċievu l-Għajnuna għal Diżimpjieg Sussidjarja (SUA), sal-aħħar tas-sena 2019 u għandhom il-fuq minn 40 sena kien jammonta għal 146 (Irġiel 121 u Nisa 25).

 

Matul is-sena 2019 ġew rifjutati 45 -il applikazzjoni ġdida

 

Seduta  332

19/05/2020


FAĊILITÀ KORRETTIVA TA’ KORDIN – XIRI/DONAZZJONIJIET TA’ KOTBA FIL-LIBRERIJA


 

14266. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13779, jista’ l-Ministru jara li d-Dipartiment tal-Liberiji jibgħat fuq bażi regolari kotba fil-librerija tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u jgħid jekk hemmx is-servizz li jiġu mislufa l-kotba mil-Libreriji Pubbliċi għad-dispożizzjoni tar-residenti fl-istess faċilità?

 

04/05/2020

 

ONOR. JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li bħalissa qed isiru diskussjonijiet ma’ uffiċjali mill-Education Unit tal-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin sabiex jigi diskuss l-proċess ta’ xiri/donazzjonijiet ta’ kotba fil-librerija.

Il-Malta Libraries diga toffri s-servizz ta’ self ta’ kotba lir-residenti tal-CORRS u se tkun qed taħdem sabiex dan is-servizz jiġi estiż f’Kordin għan-nisa u għal-irġiel ukoll.

 

Seduta 332

19/05/2020

 


UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

22088. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista...