15.3.18

UNIVERSITÀ TA’ MALTA - KMAMAR TAL-BANJU GĦALL-ISTUDENTI


 
4810. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista’ l-Ministru jara jekk huwiex possibbli li tul din is-sena, il-kmamar tal-banju li jinsabu fil-librerija tal-Università u li huma aċċessibbli għall-istudenti, jiġu rranġati u possibbilment sostitwiti?

09/03/2018

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li fil-librerija tal-Università hemm diversi kmamar tal-banju li huma aċċessibbli għall-istudenti. F’ċirkustanzi fejn ikun hemm xi ħsarat, dawn jiġu immedjatament irrappurtati lill-Uffiċċju tal-Estates, Facilities and Capital Development sabiex tittieħed azzjoni biex dawn il-ħsarat jiġu rranġati minnufih. Infurmat ukoll li hemm pjan li dawn l-istess kmamar tal-banju jiġu sostitwiti fis-sajf tal-2019.

Seduta  94
14/03/2018

13.3.18

REFUĠJATI RILOKATI FL-ISTATI UNITI TAL-AMERIKA





4809. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni li huma immigranti irregolari li ġew rikonoxxuti fi status ta’ refuġjati jew sussidarju li ġew rilokati minn pajjiżna lejn l-Istati Uniti tal-Amerika tul l-2014, l-2015 u l-2016? Jista’ jiġi indikat jekk huwiex minnu li dan il-programm jinsab preżentement wieqaf?

09/03/2018

  ONOR. MICHAEL FARRUGIA:  Nixtieq ninforma l-Onor. Interpellant illi bejn l-2014 u l-2016 ġew rilokati 1,605 persuna bi status irregolari jew bi protezzjoni internazzjonali maħruġa minn Malta lejn l-Istati Uniti. Huwa minnu li bħalissa l-programm ta’ rilokazzjoni lejn l-Istati Unitu huwa wieqaf minħabba deċiżjoni meħuda unilaterment mill-Istati Uniti fil-bidu tal-2017, mill-amministrazzjoni preżeti, sabiex jiġi sospiż dan il-programm.

Seduta  93
13/03/2018

RIKONOXXIMENT TA’ STATUS TA’ REFUĠJAT





 
4808. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma immigranti irregolari li ġew rikonoxxuti fi status ta’ refuġjati jew sussidarju li ġew rilokati minn pajjiżna lejn pajjiżi oħra tul dawn l-aħħar tliet snin? Jista’ jiġi indikat lejn fejn?

09/03/2018

  ONOR. MICHAEL FARRUGIA:  Nixtieq ninforma l-Onor. Interpellant illi bejn l-2015 u l-2017 ġew rilokati 1,185 persuna bi protezzjoni internazzjonali maħruġa minn Malta. Kollha minbarra 4 persuni ġew rilokati lejn l-Istati Uniti. L-4 persuni l-oħra ġew rilokati lejn il-Kanada. Fl-2018 ħadd għadu ma ġie rilokat.

Seduta  93
13/03/2018

REFUĠJATI – PROGRAMMI EDUKATTIVI U TA’ TAĦRIĠ GĦAX-XOGĦOL


 
4807. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jgħid x’programmi edukattivi u ta’ taħriġ għax-xogħol huma għad-dispożizzjoni ta’ applikanti għall-istatus ta’ refuġjat u jistax jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba dawn jiġux imħallsa u pprovduti mill-Istat jew le?

09/03/2018

  ONOR. MICHAEL FARRUGIA:  Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Seduta  93
13/03/2018

HAGUE CONVENTION - TRATTATI


 
4806. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm trattati taħt il-Hague Convention, dejjem jekk huwa l-każ, li pajjiżna huwa firmatarju tagħhom, però ma rratifikahomx jew anke jekk irratifikahom baqgħu ma ġewx fis-seħħ?

09/03/2018

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ma hemm l-ebda trattat taħt il-Hague Convention li pajjiżna ffirma imma m’aċċedhiex għalih, jew li rrattifika imma li ma ġewx fis-seħħ.

B’kollox pajjiżna aċċeda għal 8 Konvenzjonijiet tal-Hague Convention. Barra minn hekk, żewġ Konvenzjonijiet oħra u Protokol tal-Hague Convention japplikaw għal Malta, bħala Membru sħiħ tal-Unjoni Ewropea.

Seduta  93
13/03/2018

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...