6.8.15

MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ U T-TWETTIQ TAL-MANIFEST ELETTORALI - TALBIET GĦAND IL-KUMMISSARJU TAD-DATA U L-INFORMAZZJONI





17669. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali: Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm saru talbiet fil-Ministeru, lid-dekasteru u l-korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu u taħt il-kompetenza tal-Kummissarju tad-Data u l-Informazzjoni tul din il-Leġiżlatura? Jista' jindika x'kien l-eżitu ta' dawn it-talbiet inkluż jekk kemm-il darba kienx hemm deċiżjonijiet mill-istess fejn impona sanzjonijiet u multi?

07/07/2015

  ONOR. LOUIS GRECH:  Ninsab infurmat li saru tliet talbiet taħt l-Att dwar il-Liberta tal-informazzjoni fd-dekasteru tal-Ministeru tul din il-Leġislatura. F'żewġ każijiet minnhom, l-applikanti ngħataw id-dokumenti mitluba filwaqt li fit-tielet każ it-talba ġiet referuta lill-Ministeru konċernat.

Seduta  292
17/07/2015

No comments:

UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

22088. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista...