1938. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: B’referenza għar-risposta ta’ mistoqsija parlamentari 1172, jista’ l-Kunsill Lokali jindika x’tip ta’ xogħol qed iwettqu s-16-il ħaddiem li huma allokati f’Marsaskala?
22/06/2022
ONOR. OWEN BONNICI:
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala illi x-xogħlijiet huma varji u jinkludu fost oħrajn:- tindif u manutenzjoni ta’ latrini, tindif ta’ ġonna, manutenzjoni ta’ toroq u bankini, manutenzjoni tal-ħadid u railings u bankijiet tal-promenade.
Seduta 25
05/07/2022
No comments:
Post a Comment