Merħba fil-blog tiegħi! F’dan l-ispazju nitfa l-kitbiet tiegħi, u għalhekk, il-ħsibijiet tiegħi. Nistiednek tgħidli l-fehema tiegħek billi tħalli kumment taħt il-posts hawn taht.
1.4.26
IL-PROĊESS LEGALI
Minn żmien
2. F’dan kollu, minn żmien għal żmien, speċjalment dwar dan sibtu utli għalija li naqra ktieb. Fil-parti interessanti bħala bniedem li studjajt il-liġi, il-parti legali tal-proċedura li ġiet użata. Linja li aktar ma taqra kotba varji, li wkoll ħafna drabi jiċċitaw lil xulxin, aktar tifhem kemm kollox kien żbaljat. Kemm il-liġi ma ġiet osservata xejn, la fil-proċess skont il-liġi Lhudija, kif ukoll lanqas f’dik Rumana. Anzi huwa osservat u aċċettat li sentenza ta’ kundanna għall-mewt, Pilatu ma tax. Minflok, f’diversi mumenti nsibuh jiddikjara li ma jsib ebda ħtija f’dak li ġie indikat bħala l-akkużat. Jiddikjarah innoċenti u li ma wettaqx id-delitt li skont il-Lhud kien ikkommetta. Tant li jassigura li għall-kuntrarju ta’ dak li kien isir li flok jinkiteb fuq nett tas-salib id-delitt li kien jiġġustifika dik il-piena ħarxa, fi tlett lingwi jikteb li kien is-Sultan tal-Lhud.
Din is-sena
3. Sabiex nerġa’ naqra mill-ġdid dan kollu, tul dawn l-aħħar jiem użajt il-ktieb ta’ Davide Romano, Il Processo di Gesù (1992). Ktieb interessanti ħafna, fis-sens li ma jmurx direttament għall-proċeduri li ġew addottati, imma jidħol fil-kuntest sħiħ tad-dinja reliġjuża u politika ta’ dawk iż-żminijiet. Imur direttament għall-fonti ta’ diversi. It-Testment l-Antik, dak li diversi kittieba Lhud ħallew warajhom, l-awtur magħruf Flavio Giuseppe. Kitbet l-Esseni huma fost dawn. Riċerka sabiħa u li tmexxik tifhem aktar il-kuntest sħiħ ta’ dak li l-Insara u l-Knisja kellhom jgħaddu minnu. Kemm kellhom kontra u kemm il-messaġġ xorta mhux biss wasal, imma biddel l-istorja u l-prinċipji etiċi li llum huma l-bażi tal-Kostituzzjoni u l-liġijiet demokratiċi tagħna.
Ix-xhieda
4. Il-ktieb mhuwiex voluminuż, imma wisq inqas ma tista’ tgħid li huwa qasir. Mimli b’għerf u informazzjoni u proprju għalhekk li għalkemm inħajjarkom taqrawh, hawnhekk ser nislet xi punti li laqtuni. Meta taqra dak li ġara quddiem is-Sinedriju ssib konfużjoni. Fuq naħa l-proċeduri ma sarux kif tistabbilixxi l-liġi, u fuq l-oħra kien hemm problema bil-prova. L-awtur, huwa li hu avukat u għalliem tad-dritt penali, jirrimarka fit-tul dwar dan. Kif jistaqsi li kien hemm tant li semgħu dak li qal Kristu, inkluż membri stess, iżda ma setgħux isibu xhieda. Jikteb: “... e ci sembra quanto mai strano che non fossero capaci di esprimere almenu in due un racconto concordante.” (... u jidhirli li huwa stramb fih innifsu li ma kinux kapaċi li jisbu almenu tnejn li jaqblu.) Osservazzjoni f’postha, ċertament, imma li fiha hemm forsi aktar.
Mattew
5. Fil-fatt, fl-Evanġelju ta’ San Mattew insibu li diversi marru biex jixhdu l-falz, imma ma kien hemm ħadd li qabel. Forsi f’dan wieħed jista’ jiddikjara li dawk li raw u li semgħu lil Ġesù ma kellhomx raġuni jew ħeġġa sabiex jixhdu l-falz kontrih. Lanqas, minkejja l-fatt li ppruvaw jaqbduh qabel u li jsibu lil min jgħinhom f’dan, ma sabu lil ħadd salv lil Ġuda. Il-kundanna tiegħu fl-istorja u fuqu nnifsu tikber għax il-poplu ċertament li kien jaf fejn qiegħed Ġesù, imma ma riduhx maqbud. Diversi marru għandu biex jinqdew, ifejqu dak li kien impossibbli li jitfejjaq iżda li ġew imfejqa. Il-messaġġ jidher li l-iżgħar fis-soċjetà ma riedx jittradixxi. Għalhekk it-tradiment ta’ Ġuda huwa ikbar quddiemhom, għax il-poplu ma wettaqx dan u kienhu li kien lest li jinxtara sabiex ibigħ kawża li ma baqax jemmen aktar fiha hu imma l-oħrajn iva. Ma’ dan wieħed irid ukoll ifakkar li għalkemm fl-aħħar sabu tnejn biex jixhdu kontra, dawn xorta kienu ċerti li ma kinux ser jaqblu bejniethom. Dawn huma indikazzjonijiet ċari li fil-poplu kien hemm l-għarfien li l-proċess li kien qiegħed isir ma kellux isir u li fih innifsu kien immorali, inġust u illegali.
Żewġ proċessi
6. F’dan l-awtur, iktar tard jislet spunt ieħor. Huwa jikteb hekk: “Chiaramente non può trattarsi di un avallo della decisione del tribunale giudiaco, quanto di un nuovo processo, celebrato dall’autorità romana con le proprie procedure in applicazione alle proprie leggi.” (Kjarament ma setax ikun li jkun hemm biss ir-ratifika tad-deċiżjoni li ttieħdet fit-Tribunal Lhudi imma li kien hemm bżonn proċess ġdid miżmum taħt l-awtorità Rumana bil-proċeduri u l-applikazzjoni tal-liġijiet tagħha.) Kien hemm min ipprova dan: li jġib mingħandu kundanna mingħajr proċess, li hija indikazzjoni akbar tal-għarfien li dak li wettqu kien żbaljat. Imma ma rnexxilhomx. Pilatu jfittex f’dan l-att li bih kienu qed jakkużaw lil Ġesù Kristu. Huma jiddikjarawh li huwa bniedem kundannabbli u jgħidulu: “Se costui non fosse un malfattore, non l’avremmo tradotto dinanzi a te.” (Li kieku dan il-bniedem ma kienx delinkwent ma konniex ser inressquh quddiemek). U jersqu lejn dik li kien ir-reat tar-rewwixta u t-tradiment ta’ Ruma: Lex Iulia Maiestatis, li f’dak iż-żmien kienet estiża u mkabbra f’atti varji.
Għalhekk
7. F’dan proprju għalhekk minħabba s-suppervja, jew aqwa, is-superjorità ta’ Ruma kif ukoll f’dan li Pilatu nnfisu ried, kif kellu d-dmir li jifhem jekk dan kienx minnu jew le. Il-proċedura legali ta’ dak iż-żmien, kif mibdula kienet tagħtih il-poter li jisma’ lill-akkużat u wara jifformula huwa stess “delatio nominis”, jiġifieri akkuża formali. Punt li meta taqra fihem li taħt is-sistema penali Rumana, il-proċess anqas beda għax Pilatu kull darba jiddikjara li ma jsibx ħtija f’Ġesù Kristu. Dan jidher ċar anki jekk l-Evanġelisti, kif l-awtur Romano jfakkarna, ma kellhom: “... la benché minima preoccupazione di darci una ricostruzione storica e dettagliata di quanto era accaduto al Sinedrio, il loro era un testo di fede che serviva per la lettura e la catechesi nelle comunità cristiane per le quali era scritto.” (... ebda ħsieb li jressqulna rikostruzzjoni storika u dettaljata ta’ dak li seħħ fis-Sinedriju, tagħhom kien dokument ta’ fidi li serva għall-qari u l-katekeżi tal-komunitajiet Insara li għalihom kien miktub.) Fil-fatt wieħed jista’ jistudja u jikteb ħafna imma naħseb li f’dawn is-sekli huwa ċar. Ċar li r-rappurtaġġ ‘reliġjuż’ kien aktar effettiv minn dak ‘legali’ għax jispjega u jeħodna direttament għas-sustanza tal-affarijiet.
Hemm iktar
8. Fil-ktieb u fil-kitba sħiħa dwar dan is-suġġett hemm ferm dejjem iktar x’tifhem u tirrifletti dwaru. Imma wieħed irid ifakkar li fil-verità, Sidna Ġesù Kristu m’għadda minn ebda proċedura legali ġusta u ma setax f’dan jiġi b’xi mod misjub ħati. Hemm ċertament nagħrfu finalment li minkejja d-dikjarazzjonijiet kontinwi tal-awtorità Rumana li tiddikjarah innoċenti, kontra tagħha għandha li xorta ppermettiet li jseħħ att ta’ illegalità, immoralità u ta’ inġustizzja.
F’dan nawgura lilek, Sur Editur, u lill-bnedmin li jgħinuk, kif ukoll lilkom li tixtru u taqraw din il-gazzetta, l-Għid il-Kbir it-Tajjeb.
ANDORRA - LOGĦOB TAL-PAJJIŻI Ż-ŻGĦAR - AIMS
35554. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34938 u 35352 u jgħid min kienu l-persuni fi ħdan l-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) li attendew għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar f’Andorra? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm minnhom li kienu akkumpanjati mill-konjuġi tagħhom u jekk sarux xi spejjeż relatati ma’ dan?
26/03/2026
ONOR. CLIFTON GRIMA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba
tingħata f'xi seduta oħra.
Seduta Numru 451
AIMS - CEOS - KUNTRATTI TAL-IMPJIEG
35517. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34935 u 35177 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti tal-impjieg tas-CEOs tal-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) li saru s’issa?
25/03/2026
ONOR. CLIFTON GRIMA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba
tingħata f'xi seduta oħra.
Seduta Numru 451
30/03/2026
AIMS - DIRETTURI - KUNTRATTI TAL-IMPJIEG
35516. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34936 u 35176 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti tal-impjieg tad-Diretturi tal-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) li saru s’issa u jindika jekk dawn humiex full-time jew part-time?
25/03/2026
ONOR. CLIFTON GRIMA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba
tingħata f'xi seduta oħra.
Seduta Numru 451
ARTIKOLI 28A - PERSUNI LI NGĦATAW SENTENZI
35383. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34955 u jgħid kemm persuni ngħataw sentenzi fejn il-ħati tqiegħed taħt id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28A tal-Kodiċi Kriminali u ċjoè sentenzi sospiżi, matul is-sena 2025?
20/03/2026
ONOR. JONATHAN ATTARD: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’
persuni li ngħataw sentenza sospiża fis-sena 2025 huma 308.
Seduta Numru 451
ATT DWAR IL-PROBATION - PERSUNI LI NGĦATAW SENTENZI
35382. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34954 u jgħid kemm persuni ngħataw sentenzi matul is-sena 2025, fejn il-ħati tqiegħed taħt id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Probation?
20/03/2026
ONOR. JONATHAN ATTARD: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fis-sena
2025 kien hemm 213 persuna li ngħataw sentenza fejn ġiet imposta Ordni ta’
Probation.
Seduta Numru 451
30/03/2026
QORTI TAL-FAMILJA - TALBIET GĦALL-MEDJAZZJONI
35354. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34943 u jgħid kemm ġew reġistrati talbiet għall-medjazzjoni fil-Qorti tal-Familja matul is-sena 2025?
18/03/2026
ONOR. JONATHAN ATTARD: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul
is-sena 2025 ġew ippreżentati 1,459 talba għall-medjazzjoni fil-Qorti
tal-Familja.
Seduta Numru 451
30/03/2026
DIN IL-ĠIMGĦA
Fil-ħajja
2. Dan huwa wkoll parti mill-ġabra li wieħed jislet fil-qari tal-Passjoni. Anki jekk ma temminx, ngħid li xorta dan il-mument tal-istorja tad-dinja jgħin sabiex timxi ’l quddiem. Tiftakar f’dak li Sidna Ġesù Kristu għadda minnu u fl-istess ħin tagħraf li hemm oħrajn li b’xi mod messew ma’ parti mill-kalċi tal-imrar li ġie misqi. Iktar u iktar meta l-istorja stess, mill-fonti sħaħ ta’ dak il-perjodu u wara, wieħed jagħraf li ċertament ġid biss wettaq. Fil-perfezzjoni sħiħa tiegħU nagħrfu li fil-mirakli li seħħew kien hemm persuna unika, u li bil-kliem li ngħad minnu kien daqstant ieħor fil-livell għoli ta’ ideat u pariri. Min irid jipprova jibdel ħajtu jista’ jipprova jisma’ u jieħu dawk l-ideat.
Talb
3. Però f’dan kollu, ħafna drabi, speċjalment dawk li huma fil-ħajja attiva jinsew li parti essenzjali ta’ żmienu kien dedikat mhux biss lill-bniedem imma lit-talb. Kull persuna, b’xi mod, hi x’inhi l-fehma reliġjuża tiegħu, jieqaf jitlob. It-talb jista’, kif nafu, jkun marbut ma’ mument partikolari li dak jkun ikun għaddej minnu. Jista’ jkun mument ta’ tama f’dak li jixtieq għalih innifsu jew għal oħrajn. Imma l-fatt huwa li t-talb huwa parti essenzjali tal-bniedem, li ma jistax jaħrab minnu fid-dinja interna tiegħu. F’dawn il-ġranet, waqt li wieħed ikun qiegħed jisma’ l-Vanġeli, jew jara l-wirjiet, il-purċissjonijiet li jkunu għaddejjin, jista’ jifhem aktar kemm huwa f’postu li l-bniedem, hu min hu, jinġabar ġewwa fih u jitlob.
Fil-perfezzjoni
4. F’dan aktar meta sena wara sena tgħarbel ir-rakkonti tal-Passjoni u b’xi mod tislet punti li qabel ma kinux laqtuk. Xi drabi mill-kliem stess, u oħrajn minn dak li jiġi spjegat lilek. Tagħraf li kull persuna jgħaddi mill-passjonijiet tiegħu. Kull wieħed jgħaddi mill-mumenti tal-prova. Fejn irid jagħżel bejn il-verità jew le, u f’dan jibqa’ sod fil-prinċipji u l-ideat tas-sewwa li jħares lejhom b’determinazzjoni. Dak li għaddew lil Ġesù Kristu minnu bnedmin oħra qabilna jfakkarna li anki jekk twettaq il-ġid ser issib lil min irendilek lura bid-deni. Ifakkarna wkoll li Ġesù Kristu għadda minn dak il-mument meta ġie tradut, miċħud u abbandunat minn dawk li kienu l-aktar viċin tiegħu. Iġibna lura nifhmu li m’għandna xejn speċjali jekk ngħaddu minn dan aħna wkoll, b’livelli u proporzjonijiet differenti.
Dak li seħħ
5. Fil-qari sħiħ tal-erba’ Vanġeli u l-Atti tal-Appostli wieħed jieħu aktar għarfien li hemm dak il-punt meta wieħed jgħaddi mill-prova. Anki jekk ma temminx, xorta tista’ tifhem u tieħu qies minn dak li l-bniedem jgħaddi minnu. Fir-rakkonti tifhem li wieħed jagħraf dak li ġej fuqu u għalih. Jifhem li anki jekk ma jixtieqx jgħaddi minn dak li jridu jgħadduh, xorta jrid jimxi dik it-triq iebsa li sservih għalih innifsu. F’għajnejn oħra jista’ jkun li joħroġ tellief, imma fir-realtà ma jkunx hekk. Jitlef il-pożizzjoni, imma jirbaħ iktar lilu nnifsu fil-qies li huwa wettaq. Jagħti eżempju ta’ kif il-bniedem għandu jġib lilu nnifsu u jimxi ’l quddiem, huma x’inhuma l-isfidi u d-diffikultajiet tiegħu.
Jikkonċentraw
6. Diversi drabi, f’dawn il-jiem niftakar f’persuna li kont iltqajt magħha tixtri l-kotba dwar il-vari tal-Passjoni f’pajjiżna. Kien Taljan u l-kitba kienet bil-Malti. Staqsejtu għala, u kien spjegali li kien qiegħed jikteb dwar il-fatt li aħna fid-dinja Ewropea nagħtu valur lis-sofferenza u t-tbatija li kulturi oħra m’għandhomx. Fil-kuntrast qawwi għalih f’dak li kien qiegħed jara bejn dawk li jaħarbu minn dan u dawk li jidħlu għalih fl-għarfien li huwa parti inevitabbli tal-ħajja. Għax fil-fatt għandna din il-kultura li tagħraf li minn din il-linja wieħed jista’ jimxi ’l quddiem u jsir persuna aħjar milli kien qabel. Il-valuri tal-ħajja, dawk fundamentali ssibhom meta ssib lilek innifsek fil-mumenti tal-prova. Iservuk, ibasktuk, u fl-istess ħin jassugurawk f’dak li tkun qiegħed twettaq f’ħajtek. Effettivament issir bniedem aħjar milli tkun. Timxi ’l quddiem, anke jekk neċessarjament ma jkun hemm ħadd miegħek jew warajk.
F’dan il-Jum
7. Huwa proprju f’dan il-jum li wieħed iħares iktar ’il quddiem sabiex jifhem il-ħajja u dak li huwa għaddej minnu. Jagħraf jislet id-direzzjonijiet tiegħu u l-konsegwenzi ta’ dak kollu li seħħlu u li ser iseħħlu. Dak li jidher avvers għalih jew kuntrarju għall-volontà tiegħu jieħdu minflok bħala parti mill-proċess intern tiegħu biex jinbidel aktar. Inqas iktar f’dan ma jorbot ruħu ma’ linja waħda imma jkun lest li jibdel. Din hija ġimgħa importanti għalina f’pajjiżna, proprju għax twassal għal dawn ir-riflessjonijiet. Hija maħbuba minn ħafna minħabba din il-ġabra li ġġib magħha. F’dan nittama li diversi jagħrfu aktar is-sabiħ ta’ dan kollu u jużawh kif mogħti lilna għall-ġid effettiv tagħhom.
ITTRI UFFIĊJALI U PROTESTI ĠUDIZZJARJI
35353. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34939 u jgħid kemm ġew preżentati ittri uffiċjali u protesti ġudizzjarji matul is-sena 2025?
18/03/2026
ONOR. JONATHAN ATTARD: Ninforma lill-Onor. Interpellant
illi matul is-sena 2025 ġew ippreżentati disat elef disa’ mija u ħamsa u
għoxrin (9925) ittra uffiċjali u mitejn sitta u disgħin (296) protesti
ġudizzjarji.
Seduta
Numru 450
25/03/2026
ANDORRA - LOGĦOB TAL-PAJJIŻI Ż-ŻGĦAR - AIMS
35352. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34938 u jgħid min kienu l-persuni fi ħdan l-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) li attendew għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar f’Andorra? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm minnhom li kienu akkumpanjati mill-konjuġi tagħhom u jekk sarux xi spejjeż relatati ma’ dan?
18/03/2026
ONOR. CLIFTON GRIMA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li
t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Seduta
Numru 450
25/03/2026
ARKIVJU NAZZJONALI - LOK ĠDID
35351. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34083 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32667, jista’ l-Ministru jgħid jekk instabx lok ġdid għall-arkivju nazzjonali kif preċedentement kien ippjanat?
18/03/2026
ONOR. OWEN BONNICI: M'għandix xi nżid mat-tweġibiet li tajt
fis-seduti riċenti dwar l-istess suġġett.
Seduta
Numru 450
DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1801
35182. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33526, jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar l-impatt u l-implikazzjonijiet għas-suq tagħna u dawk marbuta ma’ spejjeż relatati mat-trasport?
13/03/2026
ONOR. CHRIS BONETT: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-miżura proposta, kif riflessa fit-traspożizzjoni nazzjonali tad-dispożizzjonijiet ta’ infurzar tal-ADR (*), tistabbilixxi b’mod strutturat il- klassifikazzjoni ta’ ksur relatati mat-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq f’tliet kategoriji ta’ riskju distinti, li jvarjaw minn riskju għoli (Kategorija I) għal riskju baxx (Kategorija III).
Mill-perspettiva nazzjonali, l-impatt fuq Malta huwa mistenni li jkun primarjament ta’ natura regolatorja u operattiva aktar milli strutturali. Fil-konfront tal-ispejjeż relatati mat-trasport, kwalunkwe impatt huwa mistenni li jkun limitat u indirett.
B’mod ġenerali, din il-miżura tikkontribwixxi
b’mod pożittiv għas-sigurtà fit-toroq, għall-protezzjoni ambjentali u
għall-kjarifika regolatorja, filwaqt li tiżgura kundizzjonijiet ekwi fis-suq
tat-trasport u allinjament sħiħ mar-rekwiżiti tal-Unjoni Ewropea.
Seduta
Numru 450
DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2449
35181. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33525, jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar l-impatt u l-implikazzjonijiet għas-suq u l-bdiewa f’dawn il-gżejjer minħabba din id-direttiva?
13/03/2026
ONOR. ANTON REFALO: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li
d-Direttiva tal-Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2449 tirrigwarda
protokolli għall-eżami ta’ varjetajiet ta’ diversi speċi ta’ pjanti fosthom
tal-lift tal-Iżvezja, tal-kaboċċi għall-magħlef, tar-ross, tal-grupp
tal-kaboċċi tal-weraq, tal-grupp tal-kaboċċi tat-Toskana, tal-grupp tal-kaboċċi
Portugiżi (Tronchuda), tal-kaboċċi Ċiniżi, tat-tadam u tal-ispinaċi. Din
l-eżami tiddetermina li varjetà hi distinta minn oħrajn magħrufa u li jinsabu
fuq is-suq. Ukoll, hi marbuta mar-reġistrazzjoni ta’ varjetajiet ġodda fil-katalgi
tal-Unjoni Ewropea tal-varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli u ta’ ħxejjex
tal-ikel.
Malta
m’għandhiex faċilitajiet fejn jista’ jsir eżami ta’ dan it-tip. Barra minn
hekk, produzzjoni taż-żrieragħ, kif ukoll ta’ xitel fil-każ ta’ ħaxix tal-ikel,
skont ir-regolamenti tal-Unjoni Ewropea dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta’ dan
il-materjal tal-pjanti ma ssirx. Għaldaqstant, Malta timporta materjal minn
Stati Membri oħra u li hu eżaminat, irreġistrat u ċċertifikat.
Seduta
Numru 450
25/03/2026
RAĦAL ĠDID – TRIQ GĦAJN DWIELI – XOGĦOL
35180. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9432 dwar in-nefqa fuq ix-xogħlijiet li saru fi Triq Għajn Dwieli, f’Raħal Ġdid, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-pożizzjoni tad-dipartiment issa li jidher li din reġgħet għandha bżonn ta’ tiswijiet serji u possibbilment li ssir mill-ġdid?
13/03/2026
ONOR. OWEN BONNICI: Nirreferi lill-Onor. Interpellant jagħmel
il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Seduta
Numru 450
25/03/2026
IL-PROĊESS LEGALI
1. Tul din il-ġimgħa, ’il bgħid mill-politika sservi lili u lil diversi sabiex wieħed jirrifletti. Iħares lejn dak li dawn il-jiem ime...
-
10922. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qegħdin...
-
9944. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza: Jista’ l-Ministru jgħid ke...
-
27921. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu: Jista’ d-Deputa...