14.6.22

KALKARA – TRIQ SANTU ROKKU – XOGĦLIJIET

  

 

20221. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli: Tista’ l-Ministru tinforma l-Kamra x’xogħlijiet qed isiru u saru f’Triq Santu Rokku, Kalkara?

 

22/03/2021

 

  ONOR. MIRIAM DALLI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li fit-Triq Santu Rokku qiegħdha titpoġġa infrastruttura tan-New Water li tikkonsisti tqegħid ta’ main tal-ilma riċiklat u Fibre Optic Cable. Ix-xogħlijiet mistennija jitlestew sa Mejju.

 

Seduta  449 

19/04/2021

 

BORMLA – PERSUNI LI BBENEFIKAW MIS-SUSSIDJU FUQ IL-KIRJIET

  

 

20220. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni bbenefikaw matul is-sena li għaddiet 2020 f’Bormla mis-sussidju fuq il-kirjiet u kemm kienet l-ispiża?

 

22/03/2021

 

  ONOR. RODERICK GALDES:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2020 ibbenefikaw 41 familja minn Bormla mis-sussidju fuq il-kera. L-ispiża kienet ta’ €55,479.69.

 

Seduta  449 

19/04/2021

IL-BIRGU – PERSUNI LI BBENEFIKAW MIS-SUSSIDJU FUQ IL-KIRJIET

  

 

20219. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni bbenefikaw matul is-sena li għaddiet 2020 fil-Birgu mis-sussidju fuq il-kirjiet u kemm kienet l-ispiża?

 

22/03/2021

 

  ONOR. RODERICK GALDES:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2020 ibbenefikaw 14-il familja mill-Birgu mis-sussidju fuq il-kera. L-ispiża kienet ta’ €14,221.90.

 

Seduta  449 

19/04/2021

IL-FGURA – PERSUNI LI BBENEFIKAW MIS-SUSSIDJU FUQ IL-KIRJIET

  

 

 

20218. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni bbenefikaw matul is-sena li għaddiet 2020 fil-Fgura mis-sussidju fuq il-kirjiet u kemm kienet l-ispiża?

 

22/03/2021

 

  ONOR. RODERICK GALDES:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2020 ibbenefikaw 80 familja mill-Fgura mis-sussidju fuq il-kera. L-ispiża kienet ta’ €162,505.05.

 

Seduta  449 

19/04/2021

IL-GUDJA – PERSUNI LI BBENEFIKAW MIS-SUSSIDJU FUQ IL-KIRJIET

  

 

20217. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni bbenefikaw matul is-sena li għaddiet 2020 fil-Gudja mis-sussidju fuq il-kirjiet u kemm kient l-ispiża?

 

22/03/2021

 

  ONOR. RODERICK GALDES:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2020 ibbenefikaw 14-il  familja  mill-Gudja mis-sussidju fuq il-kera. L-ispiża kienet ta’ €25,432.05.

 

Seduta  449 

19/04/2021

SANTA LUĊIJA – PERSUNI LI BBENEFIKAW MIS-SUSSIDJU FUQ IL-KIRJIET

 

20216. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni bbenefikaw matul is-sena li għaddiet 2020 f’Santa Luċija mis-sussidju fuq il-kirjiet u kemm kient l-ispiża?

 

22/03/2021

 

  ONOR. RODERICK GALDES:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2020 ibbenefikat familja waħda minn Santa Luċija mis-sussidju fuq il-kera. L-ispiża kienet ta’ €1,933.36.

 

Seduta  449 

19/04/2021

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...