19.7.18

Gvern li naqas jiddefendi r-reputazzjoni ta' pajjizna fil-mument it-tajjeb



Ir-revoka tal-liċenzja tal-bank Pilatus mill-MFSA waslet xhur tard bi ħsara għar-reputazzjoni ta' pajjiżna. In-nies kienu ilhom daż-żmien kollu jistennew li l-Gvern jieħu d-deċiżjonijiet li kellu jieħu sabiex iħares ir-reputazzjoni tajba tas-settur tas-servizzi finanzjarji u l-impiegi u l-ġid li joħloq dan is-settur. Minflok il-Gvern dam xhur jippersisti biex jieħu d-deċiżjoni li kellu jieħu xhur ilu.  

Il-Partit Nazzjonalista ilu aktar minn sena jgħid li l-bank Pilatus ma kellux jaħdem f'Malta għax kien qed jipperikola lis-settur tas-servizzi finanzjarji filwaqt li jtappan ir-reputazzjoni tajba ta' dan is-settur u ta' Malta madwar id-dinja. Għal ragunijiet li jaf hu biss il-Gvern baqa' jkaxkar saqajh u ma ta' każ ħadd inkluz l-Oppożizzjoni, l-midja indipendenti u anke MEPs li talbu investigazzjonijiet dwar il-każ. 

Kellu jkun l-arrest tal-eks chairmantal-bank Pilatus Ali Sadr fl-Istati Uniti li wasslet biex l-MFSA tibda l-proċess li bih setgħet ġiet revokata l-liċenzja ta' dan il-bank. Dan apparti rapporti fil-midja indipendenti fejn ġie allegat li l-bank Pilatus kien qed jintuża minn persuni barranin biex minnu jgħaddu flus għax-xiri taċ-ċittadinanza. Din kienet konferma ċara li l-bank Pilatus kien qed jagħmel ħsara kbira lir-reputazzjoni tas-settur finanzjarju f'Malta. 

Il-Partit Nazzjonalista se jibqa' jaħdem bla heda sabiex pajjiżna u s-settur finanzjarju Malti jerga jakkwista ir-reputazzjoni li jistħoqqlu. 

Kristy Debono
Kelliema tal-Oppożizzjoni dwar l-Ekonomija, is-Servizzi Finanzjarji u l-Innovazjoni

No comments:

KUNSILL LOKALI RAĦAL ĠDID - ILMENTI U SUĠĠERIMENTI

18033. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm i...