10.7.18

AMBAXXATA MALTIJA GĦAR-RUSSJA - ĦIDMA U INIZJATTIVI

 
6628. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’ħidma u x’inizzjattivi ttieħdu mill-Ambaxxata tagħna fir-Russja tul dawn l-aħħar tletin xahar?

25/06/2018

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li minkejja s-sitwazzjoni predominenti fir-reġjun, l-Ambaxxata ta’ Malta f’Moska taħdem bla waqfien sabiex ir-relazzjonijiet bilaterali bejn Malta u r-Russja jkomplu jiġu mtejba fuq kull livell u f’diversi oqsma. .
Għaldaqstant, kienu bosta l-inizzjattivi li din l-Ambaxxata ħadet f’dawn l-aħħar tletin xahar sabiex tgħolli l-profil ta’ Malta fir-Russja f’oqsma differenti:
-               Politiċi;
-               Konsolari;
-               Promozzjoni ta’ Malta fil-qasam tal-kummerċ u negozju;
-               Kultura u Edukazzjoni.

Politika
Mill-aspett politku, ir-Russja huwa pajjiż importanti ferm, kemm mil-lat bilaterali u kif ukoll f’ambitu multilaterali. B’hekk, tul dawn l-aħħar tlett snin, l-Ambaxxata żiedet il-kuntatti tagħha ma’ diversi awtoritiajiet Russi u pparteċipat f’diversi laqgħat u ‘briefings’ ogranizzati minn awtoritijiet Russi u Ambaxxati ta’ pajjiżi oħrajn fuq kwistjonijiet li jikkonċernaw kemm ir-Russja u kif ukoll ir-reġjun.

Inizjattivi politiċi konkreti f’dan il-perjodu jinkludu fost oħrajn:

Żjarat Uffiċjali:
-               Iż-Żjara Uffiċjali f’Moska, mill-eks Ministru għall-Enerġija u-Saħħa, l-Onor. Konrad Mizzi, fis-16 ta’ Settembru 2015;

-               Iż-Żjara Uffiċjali mill-Onor. Prim Ministru Joseph Muscat flimkien mal-eks Viċi Prim Ministru l-Onor. Louis Grech u l-eks Ministru għall-Affarijiet Barranin, l-Onor. George W. Vella fil-15 ta’ Novembru 2016;

L-Ambaxxata tat ukoll assitenza lil dinjitari oħra Maltin li żaru r-Russja f’dawn l-aħħar tletin xahar sabiex jipparteċipaw f’diversi avvenimenti, fosthom l-Onor. Chris Cardona, Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar, l-Onor. Anton Refalo l-eks Ministru għall-Għawdex, L-Onor. Leo Brincat, l-eks Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u Tibdil fil-Klima.


F’dawn l-aħħar tletin xahar, ġew iffirmati diversi Ftehim bilaterali:

-               Memorandum ta’ Ftehim dwar Kooperazzjoni fil-Qasam tas-Saħħa;
-               Ftehim dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta’ Kwalifiki u l-Lawrji Akkademiċi;
-               Memorandum ta’ Qbil dwar Kooperazzjoni fis-Settur tat-Turiżmu bejn il-Ministeru għat-Turiżmu tar-Repubblika ta’ Malta u l-Ministeru tal-Kultura tal-Federazzjoni Russa;
-               Ftehim bejn il-Fondazzjoni Roscongress (l-organizzaturi tal-Forum Ekonomiku ta’ San Petroburgu) u Trade Malta.

Konsolari
F’dawn l-aħħar sentejn, l-Ambaxxata ta’ Malta fir-Russja kienet xhieda ta’ żieda sostanzjali fin-numri ta’ Maltin li jżuru r-Russja u kif ukoll, ta’ Russi li jżuru Malta. In-numru ta’ turisti Russi lejn Malta, li kien naqas sostanzjalment wara l-kriżi tar-Rublu fl-2015 u l-2016, reġa’ qed jiżdied u mill-bidu ta’ Jannar sa’ Ġunju 2018, l-Ambaxxata Maltija fir-Russja ħarġet iktar minn erbat elef viża (skond il-Visa Management System) għal turisti u studenti (tal-Ingliż) Russi minn diversi reġjuni.

Din iż-żieda m’hijiex biss riżultat ta’ titjib fis-sitwazzjoni ekonomika fir-Russja, iżda hija wkoll frott tal-isforzi kontinwi tal-Ambaxxata sabiex tistabilixxi lil Malta bħala destinazzjoni turistika popolari fost il-popolazzjoni Russa.  Sabiex Malta tkun tista’ tikkompeti ma’ destinazzjonijiet turistiċi popolari oħrajn, bħal ngħidu aħna, Spanja u l-Greċja. Il-Konsolat ta’ Malta f’Moska, flimkien mal-aġenti sussidjarji li jiffaċilitaw is-servizzi tal-viżas (VFS), ħoloq sistema effettiva li twassal għall-ħruġ tal-viżas turistiċi f’madwar tlett ijiem, irrespettivament mill-lokalità tal-applikant.

In-network tal-uffiċji tal-VFS fir-Russja, minn Kaliningrad (Punent) sa’ Vladivostok (Lvant), qed tiġi użata b’mod effettiv mhux biss għal iffaċilitar tal-ħruġ tal-viżi, imma wkoll għall-promozzjoni ta’ Malta bħala destinazzjoni turistika (u studju) f’reġjuni li jinsabu l-bogħod minn Moska.  Dan l-outreachqed isir ukoll permezz ta’ ċirkulazzjoni ta’ materjal promozzjonali li huwa magħmul speċifikament għall-udjenza Russa.

L-istabbiliment ta’ Konsli Onorarji fir-reġjuni madwar il-Volga inkluż fir-Repubblika tat-Tatarstan u dalwaqt anke fis-Siberja (Novosibirsk u Irkutsk) u fl-Urali (Chelyabinsk u Ekaterinburg) qed jgħin sabiex tiżdied il-viżibilità u l-outreach ta’ Malta fir-Russja u jiġu sostenuti l-isforzi tal-Ambaxxata sabiex jiżdiedu l-iskambji kummerċjali bejn Malta u r-Russja f’diversi oqsma. Għaddeja ħidma sabiex  diversi kandidati oħra jiġu proponuti għall-Konsli Onorarji f’reġjuni ekonomikament importanti fin-Nofsinhar u l-Punent tar-Russja, fejn hemm l-ikbar konċentrazzjoni ta’ industrija u opportunitajiet ta’ investiment. 

F’dawn l-aħħar snin (mill-2014), l-interess fir-Russja fost ċittadini Maltin ukoll qed jiżdied u n-numri ta’ Maltin li qed jirrikorru għall-assistenza tal-Ambaxxata għall-informazzjoni u tagħrif fuq il-pajjiż, kemm fuq tema turistika u akkademika u kif ukoll kummerċjali, żdied b’mod konsiderevoli. Iż-żieda ta’ skambji kummerċjali bejn Malta u r-Russja hijawkoll riżultat tal-avvenimenti frekwenti (madwar tlieta fis-sena) li torganizza l-Ambaxxata flimkien mal-Konsli Onorarji u Kmamar tal-Kummerċ f’diversi reġjuni fir-Russja, li qed iżidu l-interess reċiproku fl-opportunitajiet kummerċjali li jeżistu fiż-żewġ Pajjiżi. L-avvenimenti kummerċjali li jmiss huma pjanati f'Tula (Tula Oblast - 501,169 abitant) u Chelyabinsk (Chelyabinsk Oblast - 1,130,132 abitant).

L-Ambaxxata ta’ Malta f’Moska qed tagħti attenzjoni speċjali lil qasam tal-Edukazzjoni. Fil fatt, in-numru ta’ skambji bejn studenti Maltin u Russi qed jiżdied b’mod konsiderevoli.  Malta tgawdi fama eċċellenti għat-tgħalim tal-Inġliz u hi l-iktar destinazzjoni popolari (mill-pajjiżi Schengen) mal-istudenti tal-Ingliż, filwaqt li Universitajiet Russi qed ikomplu jattiraw studenti Maltin, l-aktar mil-qasam tax-xjenza (mediċinau dentistrija). Riżultat ta’ dan, l-Ambaxxata hija xhiedawkoll ta’ żieda sostanzjali fl-iskambji bejn akkademiċiuriċerkaturi Maltin mill-Università ta’ Malta u Russi minn diversi Universitajiet stabbiliti.
Iż-żieda fin-numri ta’ taċ-ċittadini Maltin li jgħixu u jaħdmu fir-Russja, f’dawk li jivvjaġġaw lejn ir-Russja u ċittadini Russi li jixtiequ jivvjaġġaw, jgħixu jew jinvestu f’Malta wassal għal żieda fl-assistenza konsolari li toffri l-Ambaxxata. F’okkażjonijiet varji, l-Ambaxxata ħadmet flimkien ma awtoritajiet Russi sabiex issolvi problemi u sitwazzjonijiet varji li ċittadini Maltin jiltaqgħu magħhom ġewwa ir-Russja. Waqt it-Tazza tad-Dinja 2018, iktar minn 400 ċittadin (skond il-FIFA) Malti huma pjanati li jżuru r-Russja. L-Ambaxxata ta’ Malta f’Moska qed taħdem id f’id mal-FIFA, awtoritajiet Russi u anke ma’ missjonijiet tal-pajjiżi tal-UE fi bliet Russi sabiex toffri kull għajnuna neċessarja.

Promozzjoni ta’ Malta fil-qasam tal-kummerċ u negozju
Sabiex issaħħaħ il-viżibilità ta’ Malta mat-territorju vast Russu, l-Ambaxxata stabbilixxiet kuntatt ma’ diversi kmamar tal-kummerċ ta’ reġjuni differenti u qed taħdem bi sħieħ mal-Kamra Federali tal-Kummerċ u l-Industrija u kif ukoll mal-Assoċjazzjoni tal-Intraprendituri ta’ Moska bil-għan li tikseb kuntatti fil-qasam kummerċjali u sabiex tkun tista’ tagħti pariri infurmati lil intrapriżi Malti li huma nteressati fis-suq Russu.
L-aktar inizjattivi prominenti għall-promozzjoni ta’ kummerċ bejn Malta u r-Russja jinkludu:
i.              Forums ta’ Negozju 
Mill-2014 l’hawn, l-Ambaxxata Maltija f’Moska organizzat avvenimenti kummerċjali bħala parti mill-attivitajiet komemorattivi tal-Jum Nazzjonali ta’ Malta fil-21 ta’ Settembru.
-               Fl-24 ta’ Settembru 2015, ġie organizzat avveniment kummerċjali bil-parteċipazzjoni tal-Onor. Chris Cardona Ministru għall-Ekonomija, Investient u Intrapriżi Żgħar u diversi intraprendituri Maltin minn diversi oqsma.

-               Fl-20 ta’ Settembru 2016, ġie organizzat avveniment kummerċjali f’Moska, bil-għan li jesponi il-potenzjal ekonomiku tal-gżira Għawdixja. L-Onor. Anton Refalo, eks Ministru Għal-Għawdex flimkien mar-Reprezentatnti mill-Kamra tal-Kummerċ ta’ Għawdex u l-Assoċċjazzjoni għal-Promozzjoni tat-Turiżmu ta’ Għawdex ipparteċipaw f’dan l-avveniment.

-               Fl-20 u 21 ta’ Settembru 2017, ġie organizzat avveniment kummerċjali fil-Belt ta’ Nizhny Novorgod. Dan il-Forum serva bħala pjattaforma għal kuntatti bejn negozjanti Maltin u Russi. Madwar 300 parteċipant mis-setturi tat-turiżmu, l-edukazzjoni u l-investiment kienu preżenti fil-Forum.
L-Ambbaxata providiet assistenza sabiex jiġi organizzat business forum fiċ-Ċentru tal-Kamra Federali tal-Kummerċ u l-Industrija f’Moska bi sħubija ma’ Trade Malta u l-Kamra tal-Kummerċ ta’ Malta, fil-marġni taż-żjara uffiċjali tal-Prim Ministru Joseph Muscat f’Moska fil-15 ta’ Novembru 2016.
Matul dawn l-aħħar xhur, l-Ambaxxata ppartecipat f’diversi edizzjonijiet ta’ St Petersburg International Economic Forum (SPIEF) u ir-Russian Investment Forum fil-Belt ta’ Sochi biex tompli tesplora opportunijiet ekonomiċi t’interess għal Malta.

ii.             Żjarat fir-Reġjuni

Bħala parti mil-isforzji  ta’ outreach u viżibilà’, matul dawn l-aħħar xhur, l-Ambaxxatur żar numru ta’ bliet f’reġjuni Russi, fosthom f’San Petroburgu, Sochi, Kazan, Nizhny Novogord, Vladimir, Yaroslav, Suzdal u oħrjan. L-aġenda waqt dawn iż-żjarat, apparti li tikludi laqgħat ma’ rappreżentanti reġjonali, tinkludi wkoll numru ta’ laqgħat mal-Kmamar tal-Kummerċ prominenti fir-reġjun, Universtajiet, u kif ukoll diversi assoċjazzjonijiet mis-settur tat-turiżmu. . Rapreżentanti mil-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, l-Air Malta u diversi kumpaniji Maltin oħrajn jipparteċipaw f’dawn iż-żjarat b’mod regolari.

iii.            Ħidma oħra

L-Ambaxxata ta’ Malta f’Moska kienet strumentali wkoll fl-organizzazzjoni ta’ għadd ta’ żjarat ta’ delegazzjonijiet kummerċjali minn Malta u mir-Russja bil-għan li jkun hemm żieda fl-iskambji kummerċjali. 
Barra minn hekk, fuq bażi regolari, l-Ambaxxatur jiltaqa’ ma’ diversi kumpaniji Russi minn setturi differenti li għandhom interessant li jinvestu f’Malta.  L-Ambaxxata tiffaċilita wkoll kuntatti  mal-awtoritajiet Maltin u tassigura  li dawn il-kumpaniji jingħataw l-għajnuna u l-informazzjoni meħtieġa.  

Kultura u Edukazzjoni

Il-promozzjoni ta’ Malta fis-setturi kulturali u tal-edukazzjoni permezz ta’ avvenimenti varji hija waħda mill-prioritajiet ewlenin tal-Ambaxxata ta’ Malta f’Moska.
Highlights riċenti minn dawn l-avvenimenti jinkludu:
2017:  
Kunċert minn mużicisti Maltin mill-Orkestra Filarmonika li seħħ ġewwa teatru storiku f’Moska;
Kunċert li jimmarka il-ħamsin sena anniversarju mit-twaqqif ta’ relazzjonijiet bilaterali bejn Malta u r-Russja mill-vionilista Malti Carmine Lauri, flimkien ma’ mużiċisti Maltin mill-Orkestra Filarmonika u mużiċisti Russi mit-Teatru Marinsky ta’ San Petroburgu;
Matul l-2017, ġew stabbiliti kuntatti ma’ diversi Universitaijiet, fosthom, l-Università tal-Pedagoloġija f’Nizhny Novgorod fejn ġew diskussi possibilitajiet sabiex titwaqqaf akkademja tat-Tagħlim tal-Musika Russo-Maltija ġewwa Malta li jkollha l-potenzjal tattira studenti internazzjonali.

2018: Parteċipazzjoni regolari fil-laqgħa ta’ esperti fil-qasam tal-kultura tal-pajjiżi tal-UE fejn ġie preżentat il-programm ta’ avvenimenti matul il-V18 li jinkludu kooperazzjoni ma artisti stabilliti Russi. Dawn l-avvenimenti jinkludu: il-Malta International Music Festival u Russian Masters (li saru f’Marzu) u Tchaikovsky’s Fifth Symphony (li sar f’Mejju).

Diskussjonijiet mar-Russja għaddejjin wkoll fil-qasam tal-wirt storiku u restawr tal-arti bejn iċ-Ċentru tal-Konservazzjoni tal-Arti Grabar u Heritage Malta fejn qed tiġi kkunsidrata il-possibiltà ta’ skambji bejn esperti Maltin u Russi f’dan il-qasam. 

Fl-avvenimenti kulturali msemmija hawn fuq, l-Ambaxxata ħadmet mhux biss sabiex tesponi t-talent artistiku Malti fir-Russja, imma wkoll sabiex tippromwovi produtturi Maltin tal-ikel u xorb (fosthom inbid u prodotti artiġjanali) li xtaqu li l-prodotti tagħhom jkunu esposti ma’ udjenza Russa. Minn sena għal sena, in-numru ta’ intrapriżi Maltin li huma interessati fis-suq Russu żdied b’mod konsiderevoli u f’kull avveniment, l-Ambaxxata tassigura li toffri prodott ġenwinament Malti.

F’April 2018, l-Ambaxxata tat assistenza u kuntatti ma’ diversi producers stabbiliti lill-Kummissarju Malti għal-Film waqt iż-żjara tiegħu fir-Russja.

Seduta  137
04/07/2018

No comments:

ITTRI MID-DEŻERT

1. Mhux faċli tifhem dejjem l-għażliet ta’ bnedmin oħra. Trid ħafna ħin, speċjalment ma’ dawk li jagħmlu għażliet differenti. Tieqaf t...