9.2.18

BERĠA TAL-FGURA - RILOKAZZJONI


 
3737. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-Berġa tas-Saħħa tal-Fgura hijiex se tiġi rilokata u jista’ jgħid ukoll kemm persuni użaw is-servizzi tal-istess Berġa tul is-sena li għaddiet (2017)?

26/01/2018

  ONOR. CHRIS FEARNE:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi diġa kienu saru laqgħat mal-Kunsill Lokali tal-Fgura bil-għan li la darba titlesta l-binja l-ġdida għall-Kunsill Lokali, issir id-devoluzzjoni u l-Berġa timxi għal din il-binja ukoll. Ninfurmah ukoll illi matul is-sena 2017 kien hemm 2,105 persuni li użaw is-servizz ta’ tabib u 2,049 persuna li użat is-servizz tal-infermiera minn din l-istess berġa.

Seduta  76
30/01/2018

No comments:

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...