11.4.17

SKOLA PRIMARJA TAŻ-ŻEJTUN - LSAS





 
32742. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal li qed jattendu l-Iskola Primarja taż-Żejtun fis-sena akkademika preżenti, li jeħtieġu l-għajnuna ta’ Learning Support Assistant (LSA) kif approvati mid-dipartiment? Kemm hemm LSAs? Jista’ jara li t-tfal kollha jiġu provduti b’LSA?

04/04/2017

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li sal-5 ta’ April 2017, fl-iskejjel primarji taż-Żejtun kien hemm:

Skola Primarja ‘A’ - sitta u erbghin (46) student li għandhom bżonn is-sapport ta’ Learning Support Assistant (LSA). Biex jissapportjaw lil dawn l-istudenti fl-iskola hemm wieħed u tletin (31) LSA.

Skola Primarja ‘B’ - ħamsa u tletin (35) student li għandhom bżonn is-sapport ta’ Learning Support Assistant.  Biex jissapportjaw lil dawn l-istudenti fl-iskola hemm dsatax (19)-il LSA.

Infurmat li l-istudenti li għandhom bżonn l-għajnuna kollha għandhom is-sapport ta’ Learning Support Assistant.

Seduta  504
10/04/2017

No comments:

KUNSILL LOKALI RAĦAL ĠDID - ILMENTI U SUĠĠERIMENTI

18033. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm i...