4.4.17

PJAZZA TA’ RAĦAL IL-ĠDID - ĦWIENET


 
32464. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili: Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra jekk humiex jiġu kkonsultati sidien il-ħwienet tal-Pjazza ta’ Raħal Ġdid invista tal-inkonvenjenzi li għaddejjin minnhom tul ix-xogħlijiet?

28/03/2017

  ONOR. HELENA DALLI:  Infurmata li saru numru ta’ laqgħat mal-operaturi kif ukoll mal-GRTU dwar dan il-proġett.  Dawn id-diskussjonijiet kienu jsiru b’mod regolari mill-2015 sal-2017 qabel beda l-proġett.  Intbaghat wkoll cirkulari lill-operaturi nkwestjoni kemm fuq iddevjar ta Traffiku kif ukoll fuq il-Loading and loading Bays.

Seduta  501
03/04/2017

No comments:

KUNSILL LOKALI RAĦAL ĠDID - ILMENTI U SUĠĠERIMENTI

18033. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm i...