4.4.17

ĠINEVRA – LAQGĦA TAL-ĠNUS MAGĦQUDA DWAR IL-FAQAR


 
32465. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba pajjiżna huwiex ser jieħu sehem fil-laqgħa li ser isir Ġinevra fil-25 ta’ April 2017 marbuta mal-aħħar rapport tal-Ġnus Magħquda dwar il-faqar? Jekk iva ser issir xi kontribuzzjoni?

28/03/2017

  ONOR. GEORGE VELLA:  Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li f'Ġinevra fil-25 ta' April 2017 ser issir il-laqgħa intitolata "Forum Reġjonali għall-Iżvilupp Sostenibbli", li Malta ser tipparteċipa fiha.

Dan il-Forum għandu jservi ta' pjattaforma ewlenija fejn ser tiġi  diskussa  l-implimentazzjoni  tal-Aġenda  2030 u l-Miri għall-Iżvilupp Sostenibbli. L-eżitu ta' dan il-Forum ser jiġi ppreżentat bħala kontribut reġjonali  għall-Forum Politiku  Għoli  li sussegwentement ser jittella' f' New York  f'Lulju  2017. Waqt il-Forum f'Ġinevra, l-Istati Membri m'huma  mistennija jħabbru  l-ebda kontribuzzjoni finanzjarja.

Seduta  501
03/04/2017

No comments:

KUNSILL LOKALI RAĦAL ĠDID - ILMENTI U SUĠĠERIMENTI

18033. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm i...