8.3.16

XLENDI – TORRI TA’ DE REDIN.





23619. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra f’liema stat jinsab it-Torri ta’ De Redin ġewwa x-Xlendi u jekk hemm bżonn ta’ tiswijiet jistax jindika x’inhuma?

26/02/2016

  ONOR. OWEN BONNICI:  It-Torri tax- Xlendi ilu f’idejn il-Kunsill Lokali tal- Munxar mis-sena 2009. Il-Kunsill ingħata aċċess għat-Torri mill-Ministeru għall-Artijiet fl-2009, fuq bażi ta’ encroachment.

Skond studju dwar l-istat ta’ konservazzjoni tat-Torri tax-Xlendi li ġie ikkumissjonat mill-Kunsill Lokali tal-Munxar fl-2011, l-aktar xogħol urġenti fuq din il-binja jinkludi:
·               Restawr u konsolidament tal-faċċata tal-punent tat-Torri u tar-rivellino.
·               Tindif minn skart ta’ bini li jinsab mitfuħ fil-viċinanzi tat-Torri.
·               Varji xogħolijiet oħra li jinkludu t-tneħħija ta’ cement antik, tikħil ta’ fili miftuħin, water proofing u tibdil ta’ aperturi.

Il-Kunsill tal- Munxar qed iħejji applikazzjoni mal-MEPA biex ikun jista’ jibda dawn ix-xogħolijiet ta’ restawr.

Seduta  365
07/03/2016

No comments:

IL-FURJANA – TRIQ ĠNIEN DANTE ALIGHERI – SIĠAR TAĊ-ĊITRU

17508. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: B’referenza għat-tweġiba tal-m...