3.3.16

UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU – LAQGĦAT. Fabbrika De La Rue.


 
23608. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Prim Ministru: Jista’ l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra x’ħidma, laqgħat jew sforzi saru jew qegħdin isiru mill-Uffiċċju tiegħu sabiex il-ħaddiema li qed jaħdmu preżentament mal-fabbrika li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ma jitilfux ix-xogħol tagħhom?

26/02/2016

  ONOR. JOSEPH MUSCAT:  Ninforma lil Onorevoli interpellant li l-Gvern, permezz tal-Korporazzjoni Malta Enterprise, kkometta ruħu li jikkollabora mal-kumpanija De La Rue biex ikollha futur sostenibbli f’Malta, li jissalvagwardja l-impjieg ta' aktar minn 250 ħaddiem Malti li diġa huma fuq il-kotba tal-kumpanija.

Mal-mument li l-kumpanija ħabbret il-pjan ta' ristrutturar tagħha, il-Malta Enterprise bdiet taħdem mal-ETC biex dawk il-ħaddiema li possibilment se jkunu affettwati negattivament mid-deċizjoni tal-kumpanija, jkunu offruti taħriġ u impjieg alternattiv, kif sar f'ċirkostanzi oħrajn.

Dan huwa possibli grazzi għal ekonomija b'saħħitha li waslet għal zieda bla preċedent fin-numru ta’ nies jaħmdu, bil-ħolqien ta' 17,000 impjieg fi 3 snin.

L-appell tal-gvern f’dan il-mument huwa ghall-prudenza.

Seduta  363
01/03/2016

No comments:

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...