3.3.16

TELGĦA TA’ ALLA U OMMU – DAWL




23617. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk waqt li kien qiegħed isir xi xogħol għat-telgħa magħrufa bħala Ta’ Alla u Ommu jistax jiġi nstallat dawl pubbliku aħjar milli hemm? 

26/02/2016

  ONOR. KONRAD MIZZI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat li filwaqt li l-kumpanija Enemalta plc mhijiex responsabbli għall-installazzjoni ta’ dwal ġodda f’toroq jew postijiet pubbliċi, qed jiġu kkuntattjati l-entitajiet konċernati biex dan is-suġġeriment jiġi meqjus, u jekk possibbli, jingħata l-appoġġ meħtieġ biex jitwettaq.

Seduta  364
02/03/2016

No comments:

KUNSILL LOKALI RAĦAL ĠDID - ILMENTI U SUĠĠERIMENTI

18033. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm i...