8.3.16

MINISTERU GĦAT-TURIŻMU – WIED IL-GĦAJN



 
23621. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu: Jista’ l-Ministru, b’referenza għad-domandi preċedenti fuq is-suġġett, jindika x’passi ttieħdu tul din il-leġislatura u x’linja politika ser tittieħed sabiex Wied il-Għajn ikun fil-pjan tal-Ministeru għas-sena kurrenti?

26/02/2016

 
ONOR. EDWARD ZAMMIT LEWIS:  Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, b’referenza għal dak li ġie mwieġeb fil-Mistoqsijiet Parlamentari bin-numri 7784 u 9158, datati 7 ta’ Frar 2014 u 25 ta’ April 2014 rispettivament, Wied il-Għajn kien u baqa’ dejjem fil-pjanijiet tal-Gvern u fil-pjanijiet tal-Agenziji li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru ghat-Turizmu b’enfasi fuq il-Fondazzjoni għall-Izvilupp taz-Zoni Turistiċi u l-Awtorita’ Maltija tat-Turizmu.

Bħala parti mix-xogħol sabiex isir titjib fl-ambjent urban ta’ pajjizna, ffukajna sabiex jerga’ jibda l-manutenzjoni fil-lokalita’ u ħdimna sabiex isir titjib estetiku u jizdied it-tindif fiz-zona.  Bdejna wkoll nimmaniġġjaw bajja fil-post imsejjaħ tal-Fajtata.  Għas-sena kurrenti għandna wkoll pjanijiet sabiex nagħmlu proġett ta’ tisbiħ fil-pjazza qrib il-Knisja u tal-madwar sabiex nagħtu spinta oħra f’dak li huwa titjib tal-prodott turistiku lil din iz-zoni illi hija tant frekwentata minn turisti u nies tal-lokal f’pajjizna.

Peress li Wied il-Għajn qiegħed fiz-zona turistika tan-nofsinhar, din il-lokalita’ ser tkun qiegħda tgawdi minn għajnuna jew proġetti li ser ikunu possibli mill-ġbir tal-kontribuzzjoni ambjentali mit-turisti aktar tard din is-sena.

Nfakkar lill-Interpellant fil-miżura li wiegħed u wettaq dan il-Gvern, fejn traħħsu il-kontijiet tad-dawl u tal-ilma għan-negozji b’25%. Din l-inizjattiva kienet inċentiv b’saħħtu u favur l-operaturi sabiex bl-ammont ta’ flus li jifrankaw jkomplu jinvestu fil-prodott tagħhom.

Seduta  365
07/03/2016

No comments: