3.3.16

ISTITUT TAL-ĠUSTIZZJA – ARRANĠAMENTI .





23618. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 7776, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li kien ġie ffirmat mal-Istati Uniti tal-Amerika għat-twaqqif tal-Istitut tal-Ġustizzja f’pajjiżna u jista’ jinforma lill-Kamra x’ħidma qegħda ssir u xi żviluppi ulterjuri kien hemm?

26/02/2016

  ONOR. GEORGE VELLA:  Minħabba s-sensittivita' tal-ftehim, ma nħossx li għandi  npoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra. Madanakollu, jekk l-Onor. Kollega jixtieq  xi informazzjoni, lest li ngħaddihielu.

L-Istitut beda jopera fl-20 ta' Ġunju  2014. Mit-twaqqif tiegħu aktar minn 1,000 professjonist (leġislaturi, pulizija, prosekuturi, imħallfin) minn partijiet differenti tad-dinja  attendew programmi dwar kif  għandhom jiġu  indirizzati t-terroriżmu  u attivitajiet  kriminali transnazzjonali fil-qafas tal-istat tad-dritt.  Għalkemm il-mandat  tal-Istitut huwa ta' natura globali, ħafna  mill-programmi ġew organizzati  għall-pajjiżi  fl-Afrika ta' Fuq, il-Lvant Nofsani, kif ukoll għall-pajjiżi fil-Punent u fit-Tramuntana tal-Afrika.

Seduta  364
02/03/2016

No comments:

KUNSILL LOKALI RAĦAL ĠDID - ILMENTI U SUĠĠERIMENTI

18033. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm i...