3.3.16

BREAKFAST CLUB




23613. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-servizz tal-Breakfast Club fl-iskejjel tal-istat jingħatax ukoll lil dawk l-istudenti li ġejjin minn familji foqra u mhux biss jingħata lil dawk il-ġenituri li jkunu qed jaħdmu? X’inhuwa l-ħlas għal dan is-servizz?

26/02/2016

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li s-Servizz tal-Breakfast Club apparti li jingħata lil tfal ta’ dawk il-ġenituri li jaħdmu, jiġu kkunsidrati wkoll każijiet ta’ studenti li ġejjin minn familji li jkollhom diffikultajiet soċjali.  Is-servizz tal-Breakfast Club huwa bla ħlas.

Seduta  364
02/03/2016

No comments:

ITTRI MID-DEŻERT

1. Mhux faċli tifhem dejjem l-għażliet ta’ bnedmin oħra. Trid ħafna ħin, speċjalment ma’ dawk li jagħmlu għażliet differenti. Tieqaf t...