2.5.14

Muscat jikkonferma li se jkompli jiggverna għal tal-qalba biss.



F’mass meeting f’Bormla llum, il-Prim Ministru Joseph Muscat ikkonferma li wara l-24 ta’ Mejju, se jkompli jiggverna għal tal-qalba biss.

L-għada tal-24 ta’ Mejju, Joseph Muscat se jkun għadu l-Prim Ministru ta’ Malta u minn issa qiegħed jinsisti li jkompli jaqdi lil-Laburisti tal-qalba biss.

Filwaqt li l-Prim Ministru ma ddejjaq xejn jagħti miljuni ta’ Ewro lil tal-qalba, lilu nnifsu, lill-ħabiba tal-mara tiegħu u lill-mara tal-Ministru Konrad Mizzi, Joseph Muscat issa jrid li s-“Suldati tal-Azzar” jikkuntentaw irwieħhom b’2 ċenteżmi.

Huwa wkoll ironiku kif il-Prim Ministru Muscat għażel li jirreferi għas-Suldati tal-Azzar illum li qed niċċelebraw l-għaxar anniversarju tas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Minflok ifakkar l-avvanzi kbar li għamel pajjiżna permezz tas-sħubija, Joseph Muscat jippreferi jfakkarna fl-agħar żminijiet tal-Partit Laburista u s-Suldati tal-Azzar. 

Joseph Muscat jużak u jarmik. Hekk għamel wara l-elezzjoni ġenerali u hekk jerġa’ jagħmel wara l-24 ta’ Mejju.

--
Uffiċċju Informazzjoni

Partit Nazzjonalista

No comments: