2.5.14

Ebda distinzjoni bejn Gvern u Partit



Bil-parteċipazzjoni taċ-Chairman tal-Bank of Valletta John Cassar White f’attività politika bħala parti mill-kampanja tal-Partit Laburista għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, il-Gvern warrab għalkollox id-distinzjoni bejn gvern u partit.

Dan mhuwiex aġir aċċettabbli. Pajjiżna bena reputazzjoni tajba fil-qasam tas-servizzi finanzjarji u dan is-settur jikkontribwixxi b’saħħa kbira għall-ħolqien tal-ġid u x-xogħol f’pajjiżna.

Il-Gvern għandu jieħu l-passi kollha meħtieġa biex jassigura li s-settur finanzjarju f’pajjiżna jibqa’ ħieles mill-politika partiġġjana.

--
Uffiċċju Informazzjoni

Partit Nazzjonalista

No comments: