4.4.14

l-Orizzont tippubblika gidba biex tagħti palata lil Joseph Muscat.



Il-ġurnal tal-General Workers’ Union l-Orizzont illum ippubblika gidba fil-faċċata tal-gazzetta biex jagħti palata lil Joseph Muscat fil-kampanja ta’ tfiegħ ta’ tajn li l-Prim Ministru qiegħed jagħmel fil-konfront tal-Kap tal-Oppożizzjoni.

Għaldaqstant, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil se jieħu passi legali kontra l-ġurnal tal-General Workers’ Union l-Orizzont.

F’kummenti b’reazzjoni għall-gidba li dehret fil-faċċetta tal-Orizzont, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil stqarr: “L-Orizzont ingħaqdet ma’ Joseph Muscat u mal-Partit Laburista f’kampanja maħmuġa ta’ tfiegħ ta’ tajn li l-uniku skop tagħha hija li tħammeġ lil min huwa onest biex tgħatti l-ħmieġ ta’ ħaddieħor. Għaldaqstant, jiena se nuża l-għodda kollha li tagħtini l-liġi sabiex niddefendi ismi u l-integrità tiegħi minn din il-fabbrika ta’ tajn.”

Ma’ din l-istqarrija, Dr Busuttil qed jippubblika wkoll l-audited accounts tal-kumpanija ERCS Ltd li tagħha huwa kien direttur minn meta twaqqfet sal-2013. Huwa stqarr: “Għax m’għandi xejn x’naħbi jien qed nippublika l-audited accounts tal-kumpanija privata ERCS Ltd li tagħha jien kont direttur sakemm ġejt elett Kap tal-Partit Nazzjonalista. L-audited accounts ixejnu għalkollox il-gideb tal-Partit Laburista dwar ammonti astronomiċi li skont huma jien daħħalt fil-but. Anki mill-Gvern, il-Prim Ministru jkompli jkun fabbrika tat-tajn. Iżda meta jħammeġ lin-nies ikun qed iħammeġ il-politika u anki lilu nnifsu,” temm jgħid il-Kap tal-Partit Nazzjonalista.

Niżżel kopja tal-audited accounts tal-kumpanija ERCS Ltd permezz tal-link: http://bit.ly/1fAwgCD

--
Uffiċċju Informazzjoni

Partit Nazzjonalista

No comments: