3.4.14

Joseph Muscat ikompli jqarraq dwar l-immigrazzjoni irregolari.



Fid-diskors tiegħu f’ċerimonja lejliet Jum il-Ħelsien ilbieraħ, il-Prim Ministru Muscat ipprova jagħti l-impressjoni li l-Gvern se jieħu pass kbir ’il quddiem billi jiżgura li ma jinżammux tfal fiċ-ċentri tad-detenzjoni f’Malta. Dan minkejja li f’pajjiżna diġà jeżisti kunsens dwar din l-kwistjoni u l-politika tal-Gvern fil-leġiżlatura preċedenti kienet li t-tfal ma jinżammux fiċ-ċentri ta’ detenzjoni ħlief għat-testijiet mediċi inizjali. Anke l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Manuel Mallia diġà stqarr diversi drabi pubblikament li mhux qed jinżammu tfal fiċ-ċentri ta’ detenzjoni.

Filwaqt li jilqa’ l-istqarrija tal-Prim Ministru lbieraħ, speċjalment fid-dawl tal-kummenti ibsin li kien qed juża fil-konfront tal-immigranti irregolari fix-xhur li għaddew, il-Partit Nazzjonalista jappella lill-Prim Ministru biex ma jipprovax jgħaddi lill-għaqdiet non-governattivi u lill-pubbliku biż-żmien, aktar u aktar f’settur daqstant delikat. 

--
Uffiċċju Informazzjoni

Partit Nazzjonalista

No comments: