22.4.14

Il-Partit Nazzjonalista jniedi websajt għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew.



Il-Partit Nazzjonalista dalgħodu nieda websajt informattiva għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew: www.maltaahjar.com. Il-websajt se sservi bħala punt ta’ tagħrif bl-aħħar aġġornamenti, żviluppi fuq social media, stqarrijiet u l-attivitajiet kollha li se jiġu organizzati matul il-kampanja elettorali. 

Il-websajt www.maltaahjar.com tinkludi informazzjoni dwar il-kandidati tal-Partit Nazzjonalista u informazzjoni biex wieħed jagħmel kuntatt magħhom, avviżi mill-uffiċċju elettorali ELCOM u, wara l-Kunsill Ġenerali li se jsir nhar is-Sibt 26 ta’ April, il-manifest elettorali tal-Partit Nazzjonalista għal din l-elezzjoni. 

--
Uffiċċju Informazzjoni

Partit Nazzjonalista

No comments: