3.4.14

Il-Partit Nazzjonalista jitlob lill-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi biex jagħmel skrutinju tal-kuntratt ta’ Henley & Partners.



Il-Partit Nazzjonalista llum għamel talba formali lill-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi tal-Parlament ta’ Malta biex jagħmel skrutinju dettaljat tal-kuntratt li ngħata lid-ditta barranija Henley & Partners. Il-Partit Nazzjonalista qed jagħmel din it-talba wara li l-Ministru għall-Intern irrifjuta li jagħti dettalji dwar il-kuntratt meta sarulu żewġ Mistoqsijiet Parlamentari mill-Kap tal-Oppożizzjoni bl-iskuża li l-kuntratt fih informazzjoni ta’ natura kunfidenzjali u b’kontenut kummerċjalment sensittiv.

Il-Partit Nazzjonalista jinnota li rappreżentant tad-ditta Henley & Partners fuq l-istazzjon nazzjonali ddikjara li l-kuntratt ma jistax ikun ippubblikat għax dan jinċidi fuq is-sigurtà nazzjonali. Mhuwiex aċċettabbli li ditta privata barranija jkollha informazzjoni dwar is-sigurtà nazzjonali ta’ Malta iżda l-Parlament Malti – l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż – jinżamm milli jkollu din l-informazzjoni. 


--
Uffiċċju Informazzjoni

Partit Nazzjonalista

No comments: