3.4.14

Ikompli jinkixef il-qerq ta’ Joseph Muscat: l-ewwel jużak imbagħad jarmik.



L-aħbar ta’ żewġ riżenji mill-Kabinett fi ftit siegħat tkompli toħroġ fil-beraħ kwalitajiet koroh fl-istil ta’ tmexxija ta’ Joseph Muscat.

Issa anke dawk l-aktar qrib ta’ Muscat qed jammettu u jagħtu l-prova li Joseph Muscat l-ewwel jużak imbagħad jarmik. Hekk għamel Muscat ma’ Godfrey Farrugia u anke’ ma’ Franco Mercieca, l-istess bħalma għamel mar-residenti tan-nofsinhar ta’ Malta bid-deċiżjoni li jankra tanker mimli gass fil-bajja ta’ Marsaxlokk. 

Mhux biss Muscat għamel l-ostakli kollha imaġinabbli biex Godfrey Farrugia ma jkunx jista' jwettaq ir-responsabbilitajiet tiegħu bħala Ministru għas-Saħħa, iżda ħeba għal diversi ġimgħat ir-riżenja ta’ Franco Mercieca mill-Kabinett u mill-poplu Malti u Għawdxi.

Prim Ministru li jaħbi lill-poplu riżenja ta’ membru tal-Kabinett huwa Prim Ministru li jpoġġi l-interessi politici tiegħu qabel ir-rispett li suppost ikollu lejn il-poplu li huwa jmexxi.

Muscat kien wiegħed ‘l-aqwa kabinett fl-istorja ta’ Malta’. Wara biss sena fil-Gvern, din hija wegħda oħra minn sensiela li diġa’ taru mar-riħ.

--
Uffiċċju Informazzjoni

Partit Nazzjonalista

No comments: