20.3.14

Minflok Prim Ministru li jisma’ għandna skiet li jtarrax



Kull meta l-Prim Ministru Muscat iħossu skomdu jindirizza suġġett li qed iqajjmu n-nies jirrispondi bi skiet li jtarrax. Hekk ġara lbiera​h meta l-Prim Ministru Muscat kien assenti mid-dibattitu li sar fil-Parlament dwar id-deċiżjoni li l-gass g​ħall-power station jiġi maħżun fuq tanker ankrat fil-bajja ta’ Marsaxlokk. Minkejja li dan hu suġġett li qed iħasseb lir-residenti tan-nofsinhar ta’ Malta, u ta’ kull min jaqla’ l-għajxien tiegħu madwar il-port ta’ Marsaxlokk, il-Prim Ministru ​ma sabx ħin biex jindirizza dawn il-preokkupazzjonijiet
​ fil-Parlament​ . Il-Prim Ministru qed jitratta dan is-suġġett b’mod leġġer u, meta mitlub jagħti spjegazzjonijiet ċari, iwiegeb bi skiet li jtarrax. 

Il-Prim Ministru ma qal xejn lanqas dwar il-gidba tal-Ministru Manwel Mallia li ġiet żvelata lbieraħ dwar il-fatt li l-Brigadier u d-Deputat Kmandant tal-Forzi Armati ta’ Malta għadu ma sarilhomx is-security clearance meħtieġ skont ir-responsabbiltà tagħhom fl-Armata biex ikunu jistgħu jiksbu aċċess għal dokumentazzjoni Top Secret. Il-Ministru Manuel Mallia mhux biss gideb iżda wara li nqabad, ipprova jgħawweġ il-fatti biex iħawwad l-imħuħ tan-nies.

Dan huwa inaċċettabbli u l-Prim Ministru ma jistax jibqa’ jwiegeb bi skiet li jtarrax.


Uffiċċju Informazzjoni

Partit Nazzjonalista

No comments: