13.12.12

Il-Prinċipji Kożmetiċi?*




1.         Aħfruli imma ma segwejtx fid-dettall l-mossi u kontra-mossi li sehhew ftit gimghat ilu.  Però fhimt li kien hemm min ried jibdel il-prinċipji ta’ dak li sar il-Partit Laburista minn Soċjalista għal Soċjal-Demokratiku.  Rajt li ma tantx kienu konvinċenti l-ħafna argumenti li nġiebu għal din il-bidla. Fis-sens li kif inhuwa maghruf partiti oħra barra minn xtutna fuq dan dahlu ghal qasmiet bejniethom b’formazzjonijiet kompletament ġodda.  Hemm it-trasformazzjoni saret abbażi ta’ konvinzjoni.  Bnedmin li raw li l-bidla kienet neċessarja proprju għax hemm viżjoni differenti tal-politika.

2.Però xi ħadd f’dan il-partit “ġdid” ħass li ma hemmx differenza.  Ma nafx, imma ħassejt li ma kienx qiegħed jintbagħat il-messaġġ it-tajjeb.  Anzi, proprju l-kontra.  Għax jekk f’dak il-partit, fit-tmexxija l-gdida tieghu ma hemmx min qiegħed jinduna li l-prinċipji huma importanti u ma jintremewx għall-kożmetika politika, allura dak li kellu jdur u jinbidel m’huwiex ser jsehh.  Il-prinċipji f’partit politiku ma humiex lussu żejjed.  Ma humiex fliexken tal-ingwent fuq l-ixkaffa li tindilek bihom u wara twarrabhom ghall-ohrajn.

3.Il-principji li partit jhaddan jaghtuh direzzjoni. Huma ssoltu jservu ta kalamita ghall-bnedmin sabiex jingabru u jinghaqdu. L-idejat huma r-ruh, l-iskop veru wara isem, d-direzzjoni ta hidma politika. Ghalhekk ma tantx taghmel hafna sens proprju f’gheluq l-erbgha u tlettin anniversarju tal-bidu republikan taghna li partit “gdid” qieghed jitfixkel daqshekk fuq il-principji tieghu. Nghid li dan jistgha jkun sinjal. Metodu espedjenti sabiex tigbed mieghek persuni li jahsbu li qed jinghaqdu ma xi forza politika rinnovata mentri jsibu li qedhin fl-istess posizzjoni li kienu.

4.Jidher li socjalisti kienu u hekk baqu. Ma sarux iktar moderati. Ma nbidlux ghal forza social-demokratika. Din hija r-rejalta li ghandha l-piz taghha ghal dawk li jridu li jkollhom mohhom car fuq x’ghadu jifhem li ghandu jwettaq fis-socjeta. Ma kellix dubbju li Karl Marx, u Vladimir Lenin kienu sa l-ahhar elezzjoni d-dawl tax-xemx ghal dawk li kienu qed jmexxu l-Malta Labour Party. Id-diskors, l-hsieb ta kif ghandek torganizza l-istat u x’ghandek taghmel sabiex tkseb l-poter kienu il-hin kollu hemm.

5. Min haseb li quddiem l-paraventi kollha li tellgha li ser jirnexxilu jerggha jgib dak il-kuncett tal-istat lura ghall-glorja fil-fatt falla. Ghalhekk kien jkun messagg tajjeb kieku smajna li Marx ,Lenin ,Engels etc mietu darba ghal dejjem fil-mohh tal-laburisti l-godda. Jekk l-generazzjoni ghandha tkun rebbieha ghandha tirbah lilha innifisha proprju fuq dan. Battalja ,jekk verament hekk kienet li ma ntrebhitx izda tnizlet ma “telfiet” ohra. Hija twila t-triq tal-bidla, dejjem jekk verament qedha, ssir ma hemmx dubbju. Il-mexxej l-gdid ghad ghandu x’jaqta bi snienu.

6.Nghid dan mhux sabiex mmaqdar izda ghax nemmen li tkun forza ta paci u stabbilita jekk l-partit laburista l-gdid jsir wiehed moderat. Wiehed li jidfen passat li ma jistghax jifhem , jispjega u janalizza ghal gid tieghu stess. Jsir wiehed li jikkonvinci ruhu li ghandu jingibed fil-principji mhux iktar lejn ix-xellug estrem. Il-bierah ghalaqna erbgha u tlettin sena pajjiz li jhaddan il-principji republikani. F’dan nghid li s-socjeta maltija jixirqilha li jkun hemm min fil-parti l-gdid jammetti li s-socjalizmu falla.

7.Proprju fuq n-nahha l-ohra l-fatt li l-partit nazzjonalista zamm ruhu wiehed moderat, demokratiku nisrani sarraf l-pajjiz bil-gid. Anzi it-trapass taz-zmien fuqna ma serviex sabiex ninsew il-principji li nhaddnu izda sabiex nkomplu nissudawhom. Ghax missirijietna kienu ghazlu linja politika li kienet success. Sostnew l-indipendenza u l-valur tal-stat repubblikan  li ghandna illum. Il-fatt li niccelebraw mument storiku fix-xenarju ta pajjiz li irnexxilu jinghaqad fl-Unjoni Ewropeja huwa mertu ta dan. Il-partit nazzjonalista ma rax u ma haddimx l-principji f’termini kozmetici. Ha hsieb li jgib fis-sehh dak li jaghmel l-gid lill-poplu malti u ghawdxi. Din il-forza ta raguni ,ta moderazzjoni irnexxilha zzommna navvanzaw.       

*NB Dan l-artikolu kien deher fil-Mument fl-14 ta Dicembru 2008.

No comments:

KUNSILL LOKALI RAĦAL ĠDID - ILMENTI U SUĠĠERIMENTI

18033. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm i...