29.6.08

Nibqgħu Mpenjati Fuq Triqitna


1. Id-dinjità tal-bniedem tfisser u tittraduċi ruħha fil-bżonn li nipproteġuh fi drittijietu. Inkabbruh fl-eżistenza, fil-potenzjal li jista’ jikseb permezz ta’ strutturi u mekkaniżmi li bihom nassiguraw li jikber iktar. Japprezza dak li qiegħed fih u jifhem li jista’ jimxi ’l quddiem. Dan il-Partit Nazzjonalista żamm ruħu ankrat mal-ħsieb li huwa dmir ta’ l-Istat li jgħin lil min qiegħed minn taħt. Anzi, forsi l-kelma t-tajba hija li jagħti dik l-“imbuttatura” lil min l-aktar għandu bżonn sabiex jonqsu l-inugwaljanzi.

Illum ghandna gudikatura dejjem iktar indipendenti2. Il-ħsieb tagħna kien u għadu li aħna għandna nikkonċentraw il-ħidma politika tagħna sabiex mhux biss nirregolaw is-soċjetà, iżda li ngħollu ’l fuq lil min huwa minn taħt. Ma nħalux is-soċjetà statika, però anqas ma nniżżlu lil ħaddieħor ’l isfel. Din hija sistema li ħadmet. Kunċett li bih wieħed jassigura l-ġustizzja soċjali bi prinċipji ispirati mill-kunċett politiku demokratiku nisrani. Għalhekk irnexxielna nneħħu ħafna barrieri u niftħu orizzonti li qabel il-poplu Malti ma kellux.

3. Fil-politika hemm min iħares fil-qosor u hemm min fit-tul. Fortunatament ħaddimna l-iktar it-tieni. Dan għax ħassejna li hemm bżonn li nagħtu lill-komunità tagħna pedamenti, ideat u miżuri li jibnu. Kunċetti ta’ Stat li sa ftit tas-snin ilu stajna ngħidu li kienu ħolma, mentri llum huma realtà. Għax il-politiku t-tajjeb jagħraf li huwa strument f’żewġ direzzjonijiet: waħda li jwettaq hu direttament u l-oħra li jwitti t-triq għal min jiġi warajh u jifhem l-opportunitajiet li ħaddieħor tah.

4. Illum il-ġurnata għandna demokrazija ħajja u mhux mejta. Għandna d-drittijiet fundamentali rispettati. Għandna struttura soċjali statali b’saħħitha li l-ħin kollu tespandi. Għandna ekonomija ħajja li l-ħin kollu tiddiversifika. Għandna leġislatura b’saħħitha, Ġudikatura dejjem iktar indipendenti. Għandna l-paċi u l-istabilità li qatt qabel ma kellna. Dawn huma passi kbar ’il quddiem. Bħal ma huma wkoll l-effetti ta’ dan. Għax il-membri tas-soċjetà kibru fil-ġid soċjali u ekonomiku. Hawn iktar nies li qed jaħdmu fis-settur privat milli qatt kellna, iktar persuni li huma sidien ta’ djarhom, iktar bnedmin dedikati għall-ħidma sabiex nimxu ’l quddiem bħala bnedmin, iktar persuni li edukaw ruħhom u ggradwaw fl-istituzzjonijiet tagħna.

5. Il-bżonn tal-progress soċjali ġej mill-għarfien li ma għandniex nibqgħu lura u nassiguraw li min qiegħed minn taħt jingħata kemm jista’ jkun attenzjoni. F’dinja fejn il-ħin kollu għandna kurrenti ġejjin li jibdlu x-xenarju ekonomiku rridu nassiguraw li, filwaqt li nipproteġu, ma nġibux lin-nies dipendenti. Il-libertà tal-persuna fil-ħidma tagħha ta’ kuljum trid tiġi assigurata bi proċess kontinwu ta’ ġustizzja soċjali. Proċess li jiffaċċja l-verità u li jneħħi dak li flok li jassigura l-ġid, irendi ruħu f’deni lis-soċjetà. Din il-linja politika ser tibqa’ tiġi sostnuta. Sostnuta fil-ħidma ta’ kuljum. Inkella ma nibqgħux fit-triq it-tajba.

1 comment:

Ambrogio said...

Qrajt b’interess il-blog tieghek “Nibqgħu Mpenjati Fuq Triqitna”, li fih kliem li jghamel sens u li hu reali. Nisperra li l-“imbuttatura” tkompli tinata lil min hu min taht fis-socjeta’ Maltija u Ghawdxija, “imbuttatura” li ghanda tigi mill-Gvern u mill-oppozizzjoni, ghal interess ta’ uliedna, u pajjizna.

Jien huwa missier ta’ tifla ta’ 9 snin, li twieldet f’relazzjoni intima li kelli ma mara Maltija. Omm li qed tgawdi mill-beneficcji u mizuri li l-Gvern ta’ Malta jipprovdi ghas-‘single parents’. Beneficcji u mizuri li jien naqbel li jinataw biex l-omm ‘single’ trabi l-ulieda, minflokk titfahom f’istitut. Dan huwa wiehed mil-fatti li jikkonferma l-Gvern ta’ Malta huwa mpenjat li jghin lil min hu min taht, imma f’kaz ta’ genituri mifruda hemm ugwaljanza?

Il-missier haddiem li jkun mifrud min omm uliedu, qed ikollu jhallas taxxa b’rata ta’ guvni; meta l-omm ‘single’ qed tgawdi mill-beneficcji u mizuri utli li Gvern ta’ Malta jipprovdi, mill-istess taxxa, li missirijiet mhux mizzewga jhallsu. Din ir-realta’ qed twegga qlub dawn il-missirijiet; li min qalbhom immantnu l-uliedhom kif jghamlu missirijiet mizzewga.

Is-suggeriment tieghi huwa li missier mifrud ihallas inqas taxxa min guvni; imma mhux daqs wiehed mizzeweg. Taxxa li ghanda tkun ta’ 20% mhux ta’ 25% u l-missier mizzeweg jhallas 15%. Il-missier ‘single’ f’din is-socjeta’ Maltija jaqla wisq fuq rasu; minkejja maggoranza minnhom immantnu l-uliedhom b’obbligu u min qalbhom. Allura bis-suggeriment li qed naqsam mieghek jista jtafi l-wega li tezisti fil-qlub ta’ dawn l-irgiel Maltin u Ghawdxin.

L-Onorabbli Qorti bill-kollaborazzjoni ta’ l-Agenzija Appogg li hi stituzzjoni tal-Gvern li tati “imbuttatura” li min hu min taht; taghmel min kollox biex il-missier ma jkompliex jaqla go rasu f’din is-socjeta Maltija, dejjem fl-interess tat-tfal li ghandu prijorita’.

Hemm izjed xi tghid rigward il-blog tieghek - “Nibqgħu Mpenjati Fuq Triqitna”, bhal perezempju aktar impenn biex il-piz tal-klandestini ma jgorrux pajjizna wahdu, mpenn li diga beda u ghandu jitkompla b’aktar pressjoni fil-parlament tal-Unjoni Ewropea.

Ha nieqaf hawn; minkejja li hemm aktar fejn wiehed jghid tieghu; u nawgura li kemm il-Gvern u l-oppozizzjoni ta’ Malta jilhqu fthiem ghal-interess nazzjonali, halli min hu min taht ma jkompliex jaqla go rasu f’din is-socjeta Maltija u Ghawdxija.

FGURA - PERSUNI JIRĊIEVU L-GĦAJNUNA SOĊJALI

17208. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jgħid kemm k...